Featured

Rebuilding our common home

We customarily usher in a new year filled with resolve to improve something about ourselves, from simple acts like walking more for the sake of our health and reaching out to loved ones, to more complex objectives concerning our personal or professional development. 

Periods of introspection should not be shunned. On the contrary, they ought to be embraced with far more regularity than the annual tradition dictates or our good intentions risk suffering the same fate as our treasured narcissus flower, which wilts within weeks of achieving its wondrous winter bloom… Read more »

Two new candidates for the priesthood

Two seminarians, who are currently in their fifth year of studies at the Archbishop’s Seminary, will ask Archbishop Charles J. Scicluna to accept them officially as candidates for the Ordination to the Diaconate and the Priesthood. This celebration will be held tomorrow, Sunday 5th January 2020, during Epiphany Mass at St John’s Co‑Cathedral, Valletta, at 9:15 a.m.

Sean Abela from St Paul’s Parish, Rabat, and Jean‑Claude Attard from St Anne’s Parish, Marsaskala, will publicly manifest their will to offer themselves to the Church to serve in the ministerial priesthood… Read more »

Live: Mass for couples getting married in 2020

Is-Sibt 4 ta’ Jannar, l-Arċisqof Charles J. Scicluna se jiċċelebra Quddiesa għall-koppji li se jiżżewġu fl-2020, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Il-Quddiesa hi organizzata mill-Moviment ta’ Kana u tibda fil-5:30pm. Read more »

Mass for married and engaged couples

L-Arċisqof Chares J. Scicluna qed jistieden għal ċelebrazzjoni tal‑Quddiesa lill‑koppji li żżewġu fl‑2019 u lill‑koppji għarajjes li ser jiżżewġu matul l‑2020.

Il‑Quddiesa għall‑għarajjes li ser jiżżewġu din is‑sena ser issir ghada s‑Sibt, 4 ta’ Jannar, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta, fil‑5:30 p.m.

Il‑Quddiesa għall-koppji li ngħaqdu fis-Sagrament taż-Żwieġ is-sena li għaddiet ser issir is‑Sibt, 11 ta’ Jannar, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta, fil‑5:30 p.m… Read more »

A big THANK YOU from id-Dar tal-Providenza for Festa ta’ Ġenerożità

Somma rekord ta’ €1,365,556 inġabret waqt il-Festa ta’ Ġenerożità organizzata mid-Dar tal-Providenza fl-ewwel tas-sena l-ġdida. Bosta kienu dawk li marru s-Siġġiewi biex jagħmlu d-donazzjoni tagħhom taħt it-tinda li ttellgħet fil-parkeġġ imma ħafna kienu wkoll dawk li ċemplu biex jagħmlu d-donazzjoni tagħhom. Bħal kull sena, għadd ta’ parroċċi f’Malta u Għawdex organizzaw ġabriet speċjali li mbagħad ingħataw lid-Dar f’isem il-komunità parrokkjali.

Id-Direttur tad-Dar tal-Providenza, Fr Martin Micallef, qal li din il-Festa ta’ Ġenerożità bħal dejjem uriet il-qalb kbira tal-poplu Malti u Għawdxi li għal darb’oħra wera solidarjetà u ġenerożità mad-Dar… Read more »

Love gives flavour to our lives – The Archbishop

Mass on the Solemnity of Mary Mother of God and the World Day of Peace

  Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

Nirringrazzjakom ħafna talli nġbarna hawnhekk biex nibdew is-sena l-ġdida 2020 taħt il-ħarsien tal-Mulej u b’mod speċjali ta’ omm Ġesù, Marija.

Insellem ukoll lil kull min qiegħed isegwina permezz tal-mezzi tax-xandir u nirringrazzja ħafna lill-media li matul dan l-ewwel jum tas-sena se tkun qiegħda tgħin biex in-nies iħossuhom qrib ħafna ta’ din id-dar tal-Providenza.

Nixtieq ukoll insellem lis-Sorijiet tal-Karità li qdew b’tant ġenerożità lil din id-Dar għal dawn l-aħħar 52 sena u nitolbu li t-togħma ta’ tjubija, it-tbissima li ħallew mmarkata fuq kull ħajt ta’ dan il-bini, tibqa’ tagħti togħma ta’ umanità lil din l-inizjattiva… Read more »

Building society on the principles Jesus taught us: the principles of righteousness, solidarity and mercy – The Archbishop

Thanksgiving End of Year Mass

  St John's Co-Cathedral, Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

“Hekk huma jsejħu ismi fuq ulied Iżrael u jiena nberikhom” (Num 6:27). Il-barka li Mosè jitlob flimkien ma’ Aron u permezz ta’ Aron fuq ulied Iżrael, tuża wkoll din l-espressjoni: “Isejħu isem Alla fuq ulied Iżrael u Alla jberikhom”.

Xi tfisser li inti ssejjaħ isem Alla fuq uliedek? Tfisser li tirrikonoxxi l-primat ta’ Alla fuqek u fuq uliedek u tifhem ukoll li dak li se jmexxik huwa minn Alla u skont ir-rieda tiegħu… Read more »

Live: End of Year Mass and Mass on New Year’s Day

Illejla, 31 ta’ Diċembru, l-Arċisqof Charles J. Scicluna flimkien mal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi, se jiċċelebraw Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr fi tmiem is-sena bil-kant tad-Te Deum, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Il-quddiesa tibda fil-5:30pm.

Għada, l-1 ta’ Jannar, l-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fis-Solennità ta’ Marija Omm Alla u l-Jum Dinji tal-Paċi, fid-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi. Il-quddiesa tibda fid-9:00am. Read more »