Featured

A prayer for the gift of health with the intercession of St George Preca

Illum l‑Arċisqof ser jiċċelebra Quddiesa mill‑Kappella ta’ Sidtna Marija tal‑Midalja Mirakoluża, il‑Blata l‑Bajda, fejn jinsabu meqjuma l‑fdalijiet ta’ San Ġorġ Preca. Matul din il‑Quddiesa u r‑Rużarju l‑Arċisqof ser jitlob bl‑interċessjoni ta’ San Ġorġ biex il‑Mulej ikompli jagħti lill‑pajjiżna d‑don tas‑saħħa. Din il‑Quddiesa ser tixxandar b’mod dirett fid‑9:30am fuq TVM2 u l-paġna ta’ Facebook. Wara l‑Quddiesa jixxandar dokumentarju ‘Il‑Bixra ta’ Dun Ġorġ’, bi produzzjoni tas‑soċjetà tal‑M.U.S.E.U.M… Read more »

An agreement for the restoration of the Old Church in Birkirkara

Restoration works to be be completed by the end of 2024

  The Parish Church of Saint Mary, Birkirkara

(Front right): Roberto Buontempo and Norbert Gatt, (back right): Michael Pace Ross, Minister Josè Herrera and Parish Priest Reuben Deguara

The Archbishop’s Curia has signed an agreement with the Government’s Restoration Directorate which will see the Old Church in Birkirkara restored through public funds, following the necessary geotechnical studies and tests commissioned and financed by the Church. The agreement was signed today by Mr Roberto Buontempo, Property Manager of the Archdiocese of Malta, and Mr Norbert Gatt from the Restoration Directorate… Read more »

“Do not let your hearts be troubled” – Bishop Galea-Curmi

Mass offered for all children with terminal illness

  The Chapel of Our Lady of Manresa, the Archbishop's Curia, Floriana

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

“Tħallux qalbkom titħawwad”. Dan hu l-kliem li Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu. Kliem ta’ konsolazzjoni, ta’ inkoraġġiment. Dan il-kliem jgħidu proprju fl-aħħar ċena, ftit qabel ma kellu jgħaddi mill-passjoni ħarxa u l-qtil brutali tiegħu.

Dan il-kliem qalu lid-dixxipli tiegħu għax kien jaf li fil-fatt id-dixxipli tiegħu kienu sejrin mhux biss jitħawdu imma jitħarbtu.  Kif jgħaddu minn dik l-esperjenza kerha u qarsa tal-passjoni u l-mewt ta’ Ġesù, id-dixxipli tiegħu, ħlief wieħed, kollha ħarbu… Read more »

The ability of the Virgin Mary to cherish and keep the Word of the Lord – The Archbishop

Mass on the feast of Our Lady of Pompeii

  The Parish Church of Our Lady of Pompeii, Marsaxlokk

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-Kelma ta’ Alla f’din il-festa għażiża għalina l-Maltin, il-festa tal-Madonna ta’ Pompej, tinsisti fuq il-kapaċità u l-għożża tal-Verġni Marija li żżomm fil-qalb tagħha l-Kelma tal-Mulej u taħseb fuqha bejnha u bejn ruħha.

Is-silta tal-Evanġelju li għadna kemm smajna propju tikkonkludi b’din l-osservazzjoni li jagħtina l-Evanġelista Luqa: “Marija, min-naħa tagħha baqgħet tgħożż f’qalbha dawn il-ħwejjeġ kollha u taħseb fuqhom bejnha u bejn ruħha” (Lq 2:19)… Read more »

The feast of St George Preca and Mother’s Day

The Archbishop also prays in the Church of Our Lady of Pompeii

  Marsaxlokk, Blata l-Bajda, Mellieħa

Il-Madonna tas-Santwarju tal-Mellieħa

Illum, il‑Ġimgħa 8 ta’ Mejju 2020, festa tal‑Madonna ta’ Pompei, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna ser jiċċelebra Quddiesa fil‑Knisja Parrokkjali u Santwarju tal‑Madonna ta’ Pompei f’Marsaxlokk u jitlob is‑Supplika lill‑Madonna ta’ Pompei u r‑Rużarju. Din ser tixxandar fuq TVM2 fil‑5:30 p.m. u fuq il‑website tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta.

Għada, is‑Sibt 9 ta’ Mejju, festa ta’ San Ġorġ Preca, l‑Arċisqof ser jiċċelebra Quddiesa mill‑Kappella ta’ Sidtna Marija tal‑Midalja Mirakoluża, il‑Blata l‑Bajda, fejn jinsabu meqjuma l‑fdalijiet ta’ San Ġorġ Preca… Read more »

Our joy is found in knowing that we must follow in the Lord’s footsteps – The Archbishop

Mass offered to those who are volunteering to help the sick and the lonely

  The Chapel of Our Lady of Manresa, the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Kif innutajtu l-Evanġelji li l-Knisja tagħżel fir-Raba’ Ġimgħa tal-Għid jagħtuna dejjem ħjiel ta’ riflessjoni fuq ir-ragħaj fil-Knisja ta’ Ġesù, il-leadership.

Illum il-Knisja tagħtina diversi elementi wħud ta’ dawl, oħrajn ta’ inqas dawl jew ta’ dlam. U ta’ min wieħed joffri riflessjoni qasira fuq dawn l-elementi. L-għażla tal-Evanġelju tal-lum torbot fuq l-aħħar kelmiet ta’ Ġesù anke għaliex hu jinsisti fuq dak li qed jgħid billi jintroduċi l-kliem tiegħu bil-frażi: “Tassew, tassew ngħidilkom” (Ġw 13:16)… Read more »

A light that shines in the darkness – Bishop Galea-Curmi

Mass offered for the repose of the soul of the five victims of Covid-19 and for those thousands of people who lost their lives in this pandemic

  The Chapel of Our Lady of Manresa, the Archbishop's Curia, Floriana

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

“Jiena huwa d-dawl li ġejt fid-dinja biex kull min jemmen fija ma jibqax fid-dlam”. Dan hu l-kliem li smajna lil Ġesù jgħid fl-Evanġelju llum, u jgħidu b’leħen għoli.

San Ġwann l-Evanġelista jenfasizza ħafna dan il-kuntrast bejn id-dawl u d-dlam. Id-dawl jirreferi għal Ġesù u dak li hu tajjeb, u d-dlam il-kontra, għal dak li hu ħażin. Sa mill-bidu tal-Evanġelju, fil-Prologu, jgħid li “Id-dawl jiddi fid-dlam, imma d-dlam ma għelbux” (Ġw 1:5).  Iktar ’il quddiem ukoll Ġesù stess jgħid: “Jiena d-dawl tad-dinja… Read more »

The Lord will not leave us even when we sin – The Archbishop

Mass offered to all parents so they are shepherds within their families according to Jesus' heart and to those who are praying to become parents

  The Chapel of Our Lady of Manresa, the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-festa tal-konsagrazzjoni tat-tempju kienet festa għażiża ħafna minn dejjem għall-poplu Lhudi. Kienet festa li tfakkar ukoll ir-rebħa tal-poplu Lhudi fuq tentattiv li tnessihom il-fidi ta’ missirijiethom. Kienet it-tifkira ta’ meta l-Makkabej reġgħu ħadu t-tempju f’idejhom u kkonsagrawh lill-Mulej.

F’dan il-kuntest il-Lhud jistaqsu lil Ġesù dwar l-identità tiegħu: “Jekk inti l-Messija għidilna ċar u tond” (Ġw 10:24). Il-Mulej fir-risposta tiegħu ma jiċħadx imma jikkonferma l-identità tiegħu… Read more »

The shepherd who sacrifices his life – Bishop Galea‑Curmi

Mass with prayers for all world leaders to be able to protect and defend all human beings

  The Chapel of Our Lady of Manresa, the Archbishop's Curia, Floriana

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Meta Ġesù jsemmi r-ragħaj it-tajjeb, u jgħid li hu r-Ragħaj it-Tajjeb, jitkellem fuq diversi karatteristiċi ta’ dan ir-ragħaj it-tajjeb. Imma fl-Evanġelju tal-lum hemm karatteristika waħda li jenfasizza: “Ir-ragħaj it-tajjeb jagħti ħajtu għan-ngħaġ tiegħu”. Ħames darbiet isemmi fl-Evanġelju tal-lum din l-għotja.

Meta nisimgħu l-kliem “jagħti ħajtu”, mal-ewwel niftakru f’Ġesù fuq is-salib. Hemmhekk verament għandna l-milja ta’ din l-għotja. Fuq is-salib jagħti ħajtu, imut, biex aħna jkollna l-ħajja… Read more »

Life in abundance – Bishop Galea‑Curmi

Mass on the Fourth Sunday of Easter

  Annunciation of Our Lady Parish Church, Ħal Balzan

Homily by Auxiliary Bishop Joseph Galea-Curmi

“I came so that you may have life, and life in abundance”. The last sentence of today’s Gospel sums up what Jesus wants to give us: life and life in abundance.

When Jesus said this, he was speaking about himself as the Good Shepherd. When he mentioned the shepherd, the people’s minds would immediately go to the Psalm we recited today at Mass “The Lord is my shepherd.” Jesus is telling them that he is the Good Shepherd… Read more »