Featured

True friendship is based on love – The Archbishop

Mass on the feast of St Matthias for the repose of the soul of those who have died in recent days especially the patients of Hospice Malta

  The Chapel of Our Lady of Manresa, the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Wieħed jifhem għaliex il-Knisja fil-festa tal-lum, il-festa ta’ San Mattija tagħżel din is-silta sabiħa ħafna mill-kapitlu 15 tal-Evanġelju skont San Ġwann anke għaliex fil-versett tal-hallelujah, qabel propju din is-silta, il-Knisja tirrepeti vers li japplika ħafna għall-każ u l-missjoni ta’ Mattija. “Jiena għażiltkom u ħtartkom” (Ġw 15:16). Ġesù anzi jinsisti li mhux aħna għażilna lilu imma hu għażel lilna.

U meta d-dixxipli, anzi l-appostli għandhom bżonn jagħżlu ’l xi ħadd minflok Ġuda l-Iskarjota, it-traditur, biex il-Kulleġġ tal-Appostli jibqa’ bin-numru 12 li kien l-ewwel nett in-numru li għażel Ġesù u fl-istess ħin kien ukoll is-sinjal tal-poplu ta’ Alla mġedded u ġdid, iqiegħdu quddiem il-providenza, quddiem ir-rieda ta’ Alla l-għażla bejn żewġ persuni li kienu t-tnejn adatti… Read more »

Like branches united to the vine – Bishop Galea-Curmi

Mass offered for all farmers and those finding it difficult to provide food for their families

  The Chapel of Our Lady of Manresa, the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Ix-xbieha tad-dielja u l-friegħi hi xbieha sabiħa li tfisser b’mod ċar ħafna r-rabta qawwija li hemm bejn Ġesù u d-dixxipli tiegħu. Id-dielja tagħti l-ħajja lill-friegħi, u l-friegħi ma jistgħux jgħixu mingħajr il-ħajja li tiġi mid-dielja. Għalhekk, hi xbieha li turi li hemm aktar minn sempliċiment grupp ta’ nies li jimxu wara Ġesù. Hemm rabta intima ta’ mħabba u ħajja.

Erba’ darbiet Ġesù jsemmi hawnhekk, u iktar tul dan il-kapitlu fl-Evanġelju, li l-iskop tal-bidwi hu li jara l-frott… Read more »

The Archbishop visits the ‘Solidarity Meals’ kitchen

700 meals distributed daily from parishes

  Is-Salini

L-Arċisqof Charles Jude Scicluna llum żar il-kċina ta’ ristorant fis-Salini fejn qed jiġu ppreparati madwar 700 ikla sħuna kuljum għall-persuni vulnerabbli, bħala parti mill-proġett ‘Solidarity Meals’. Dawn l-ikliet huma sponsorjati minn The Alfred Mizzi Foundation u jitqassmu mill-entità tal-Knisja Caritas Malta permezz tad-Djakonija Unit li taħdem id f’id mal-parroċċi u ma’ entitajiet oħra tal-Knisja li joffru servizz fil-komunità.

Waqt iż-żjara l-Arċisqof iddawwar mal-istabbiliment minn Julian Sammut, iċ-Chairperson ta’ The Alfred Mizzi Foundation, u kien akkumpanjat minn Anthony Gatt, Direttur ta’ Caritas Malta; u Albert Debono, il-Kap tad-Djakonija Unit u l-Kordinatur ta’ dan il-proġett… Read more »

Peace: the greatest gift Jesus gives us – The Archbishop

Mass offered to all nurses, whether Maltese or foreigners, serving in our hospitals and residential homes

  The Chapel of Our Lady of Manresa, the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Din is-silta mill-kapitlu 14 ta’ San Ġwann, hija meħuda mid-diskors ta’ Ġesù fl-aħħar ikla mad-dixxipli tiegħu. Ftit sigħat wara dan id-diskors Ġesù jiġi arrestat u tibda t-tortura ħarxa tiegħu, il-passjoni tiegħu u l-mewt fuq is-salib.

Imma f’dan il-kuntest Ġesù jitkellem dwar is-sliem, il-paċi tal-qalb. “Jiena nħallilkom is-sliem, nagħtikom is-sliem tiegħi” (Ġw 14:27). Dawn huma kliem li aħna nfakkru f’kull quddiesa qabel is-saċerdot jgħidilna biex nagħtu l-paċi lil xulxin… Read more »

What is more beautiful than God living in us? – Bishop Galea-Curmi

Mass offered so we start meeting in churches again soon to hear the word of God and receive Jesus in the Sacrament of the Eucharist

  The Chapel of Our Lady of Manresa, the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Fl-Evanġelju kollu, hemm darba biss li jissemma Ġuda bil-kliem li hu qal – Ġuda mhux l-Iskarjota imma l-appostlu l-ieħor. Proprju fl-Evanġelju tal-lum, meta jagħmel dik il-mistoqsija: “Mulej, din kif inhi li int se turi ruħek lilna u mhux lid-dinja?”

Kien hemm diversi li staqsew mistoqsijiet lil Ġesù f’dak id-diskors tal-aħħar ċena għax riedu li jifhmu aktar ċar – bħal Tumas u Filippu… Read more »

“The way, the truth and the life” – Bishop Galea‑Curmi

Mass on the Fifth Sunday of Easter

  Annunciation of Our Lady Parish Church, Ħal Balzan

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

“Jiena t-triq, il-verità u l-ħajja”.  Dan huwa l-kliem li smajna lil Ġesù jgħid lid-dixxipli tiegħu fl-Evanġelju tal-lum.

Nixtieqkom tinnutaw kif dan il-kliem ta’ Ġesù – it-triq, il-verità u l-ħajja – imiss xewqat mill-aktar profondi li għandna fil-qalb tagħna. 

Xewqa li għandna hi żgur li nkunu nafu t-triq, li nkunu fit-triq it-tajba. Ngħiduha kemm-il darba f’ħajjitna u nħossuha, li aħna nixtiequ li l-mixja tal-ħajja tagħna tkun fit-triq it-tajba… Read more »

From our mothers we have received the gift of life, wisdom and learnt the way – The Archbishop

Mass on the Fifth Sunday of Easter and Mother's Day

  The Shrine of Our Lady of Mellieħa

Homily by Archbishop Charles Jude Scicluna

“I am the way, I am the truth, I am the life” (Jn 14:6). Jesus responds to the insistent question of Thomas who wants to know the way and he asks Jesus: “Master, we do not know where you are going. How can we know the way?” (Jn 14:5). The answer Jesus gives is an important one and a solemn one… Read more »

Mass for Youth – 9 May, 7pm

The Fifth Sunday of Easter

  The Archbishop's Curia, Floriana

Qari u kant tal-Quddiesa

Ċelebrant: Fr Brendan Gatt
Animazzjoni: The New Victorians

♫ Rise ♫

Your love will never fail,
You’re steadfast

Your promises are true,
You’re faithful

You cover all my sins
with forgiveness

My eyes have seen Your Ways,
Your goodness

Love and faithfulness meet
We behold Your glory
Righteousness and peace kiss
Heaven’s all around us

Spring up, Oh Well,
living water rise within us

Spring up, Oh Well,
Holy Spirit deep within us
Rise

Heaven is all around us
Heaven is all around us

Qari I

Għażlu sebat irġiel mimlijin bl-Ispirtu s-Santu… Read more »

Archbishop’s Vlog: Mother’s Day in ‘the sweet month of May’

  The Archbishop's Curia, Floriana

Fuq xewqa tal‑Arċisqof, il‑Quddies ta’ għada l‑Ħadd 10 ta’ Mejju, Jum l‑Omm, se jixxandar minn santwarju Marjan – is‑santwarju nazzjonali tal‑Madonna tal‑Mellieħa. Hemmhekk, l‑Arċisqof ser jitlob għall‑ommijiet kollha, b’mod speċjali dawk li għaddejjin minn żmien diffiċli, u wkoll għal dawk li jixtiequ jsiru ommijiet.

Il‑Quddiesa bil‑Malti fid‑9:30am se tixxandar fuq TVM2, il-paġna ta’ Facebook u l-YouTube Channel tal-Arċidjoċesi ta’ Malta fis-6:30pm fuq TVM2… Read more »

St George Preca insisted on the need to learn to forgive one another – The Archbishop

Mass on the feast of St George Preca

  The Chapel of Our Lady of the Miraculous Medal, Blata l‑Bajda

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Għalina l-Maltin u l-Għawdxin dan il-jum għażiż li jfakkarna fil-beatifikazzjoni ta’ San Ġorġ Preca bid-deċiżjoni u bil-preżenza fostna ta’ qaddis ieħor San Ġwann Pawlu II, propju fid-9 ta’ Mejju 2001 huwa jum għażiż. Dakinhar kien ukoll il-jum tal-beatifikazzjoni tal-Beatu Nazju Falzon u tal-Beata Adeodata Pisani.

Filgħaxija ta’ dak il-jum San Ġwann Pawlu II daħal f’din il-kappella bħala l-ewwel pellegrin jinvista l-fdalijiet għeżież ta’ San Ġorġ Preca li mbagħad kellu jkun ikkanonnizzat mis-suċċessur ta’ San Ġwann Pawlu II: Benedittu XVI fit-3 ta’ Ġunju 2007… Read more »