Featured

General Notice

Minn għada l-Ġimgħa, 5 ta’ Ġunju 2020, il‑Kurja tal‑Arċisqof, inkluż l‑Uffiċċju Żwiġijiet u l‑uffiċċju ċentrali tal‑Caritas, il-Furjana, u t‑Tribunali Ekkleżjastiċi fil‑Belt Valletta, se jerġgħu jiftħu għall‑pubbliku. Bħala miżura ta’ prekawzjoni li tħares is‑saħħa u s‑sigurtà tal‑pubbliku u tal‑impjegati, kull min għandu bżonn iżur dawn l-uffiċċji għandu jagħmel dan permezz ta’ appuntament, kif ukoll jilbes maskra/visor fil-ħin li jkun fil-bini.  

Għal aktar tagħrif wieħed jista’ iċempel fuq 25906238 mit-Tnejn sal-Ġimgħa, bejn id‑9am u l‑4pm, jew jibgħat email fuq [email protected]Read more »

You are a gift to the world and to humanity – The Archbishop

Mass offered for the current situation in the United States, so that reconciliation may prevail over violence

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

Il-mistoqsija ta’ dan, wieħed mill-kittieba, kienet mistoqsija importanti. Fi żmien Ġesù kien hemm kontroversja: liema fost ħafna liġijiet li kienu żvilupaw mill-ewwel kotba tal-Iskrittura li kellhom diġà l-liġijiet li ta Mosè lill-poplu Lhudi, liema minn ħafna mijiet ta’ liġijiet kienet l-iżjed importanti, liema liġi l-iżjed importanti.

Dawn il-liġijiet kellhom l-isem ukoll ta’ kmandament. Il-kelma kmandament f’dan il-kuntest mhux qed jirreferi biss għall-10 kmandamenti imma għal-liġijiet kollha li mbagħad żviluppaw wara l-esperejenza tal-għoti tal-10 kelmiet, tal-10 kmandamenti lill-poplu Lhudi… Read more »

Witnesses of uncompromising faith – Bishop Galea-Curmi

Mass offered for the martyrs of our time

  The Chapel of Our Lady of Manresa, the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Kemm hi ħaġa f’waqtha li llum, meta qed niċċelebraw it-tifkira ta’ San Karlu Lwanga u sħabu martri tal-Uganda, nisimgħu lil Ġesù jgħid: “Alla mhux tal-mejtin imma tal-ħajjin”. Għax f’dan il-ftit kliem ġabar dak li għalih għexu u mietu l-martri tal-Uganda. Mietu biex jagħtu xhieda li hu Alla tal-ħajjin.

San Karlu Lwanga u sħabu kienu 22 żagħżugħ li ngħataw il-martirju fl-Uganda lejn l-aħħar ħmistax-il sena tas-seklu 19 (1885-1887)… Read more »

Pope at General Audience: God does not abandon us, He is companion and guide

  The Vatican

At the centre of Pope Francis’ catechesis on prayer at his General Audience on Wednesday was the figure of Abraham.

The Pope explained that with this “father in faith”, we see a new way of relating to God.

Abraham, recounted Pope Francis, hears a voice that resonates in his life. It’s the “voice that encourages him to uproot himself from his homeland, from the roots of his family,  to move towards a new, different future.”

Abraham’s trust in God

The Pontiff underlined that Abraham does this on the basis of trust and the promise “that his lineage will be as numerous as the stars that dot the sky.”

With this trust, said the Pope, comes a new way of conceiving our relationship with God… Read more »

Mass to resume with the presence of the faithful

Dispensation of Sunday Mass obligation remains in force

  The Archbishop's Curia, Floriana

(left) Auxiliary Bishop Joseph Galea-Curmi, Archbishop Charles Jude Scicluna and Fr Andre Zaffarese, Delegate for Work and Life in Parishes

Fi tmiem laqgħa tal‑Konferenza Episkopali Maltija, li saret illum, it‑Tlieta 2 ta’ Ġunju, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna ħabbar li mis‑Sibt‑13 ta’ Ġunju filgħaxija u l‑Ħadd 14 ta’ Ġunju, festa ta’ Corpus Christi (Solennità tal‑Ġisem u d‑Demm Għażiż tal‑Mulej), ser jerġa’ jibda jiġi ċċelebrat il‑Quddies bil‑preżenza tal‑pubbliku, fil‑knejjes f’Malta u Għawdex… Read more »

Let’s give God his due, we belong to God, not to the politician, the king, or the emperor – The Archbishop

Mass offered for our Bishops so that, enlightened by the Holy Spirit, they may continue to make the necessary decisions for the Christian community in our islands

  The Chapel of Our Lady of Manresa, the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

Riedu jinbxuh imma qalu verità kbira dwar l-atteġġjament ta’ Ġesù li jġagħalna naħsbu. “Mgħallem, aħna nafu li inti raġel tħobb is-sewwa u li ma tħabbel rasek b’ħadd għax int lejn wiċċ ħadd ma tħares, imma t-triq ta’ Alla tgħallimha kif tassew hi” (Mk 12:14).

L-ewwel talba li nixtieq nagħmel fid-dawl ta’ l-Evanġelju li aħna l-Isqfijiet, is-saċerdoti nimitaw lil Ġesù, inkunu nies li nħobbu s-sewwa, li ma nħabblu rasna b’ħadd… Read more »

Mother of the Church – Bishop Galea-Curmi

Mass offered for all those who are suffering, especially those who have lost a loved one during Covid-19

  The Chapel of Our Lady of Manresa, the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Lil Marija narawha bħala Omm il-Knisja diġà fil-bidu tal-Knisja meta, kif smajna fil-Ktieb tal-Atti tal-Appostli, kienet miġbura flimkien mal-appostli huma u jitolbu. Jidher li l-appostli fehmu malajr dak li għamel Ġesù fuq is-salib meta lil Marija qalilha: “Hawn hu ibnek” u lil Ġwanni d-dixxiplu l-maħbub qallu “Hawn hi ommok” u minn dak il-ħin Ġwanni ħadha għandu. Hemmhekk, fuq is-salib, lil ommu taha lilna bħala ommna ħalli tkun hi l-omm li tmexxina fil-ħajja tagħna… Read more »

Dar San Blas re-opens its doors to people with drug addiction after serving quarantine at Dar Miceli

Minħabba l-pandemija tal-COVID-19 Caritas Malta kellha twaqqaf id-dħul ta’ nies fid-djar ta’ rijabilitazzjoni mid-dipendenza fuq id-droga li ġab tħassib serju dwar kif dawn il-persuni u qrabathom se jagħmlu mingħajr dan ir-refuġju, anke fid-dawl li ħafna mis-servizzi li jagħmlu użu minnhom dawn il-persuni ġew limitati.

Wara ġimgħat ta’ ħidma intensiva b’diskussjonijiet mal-awtoritajiet konċernati, f’dawn l-aħħar jiem l-ewwel tliet persuni ġew aċċettati f’San Blas wara perjodu ta’ ġimagħtejn kwarantina f’Dar Charles Miceli fil-Mosta… Read more »

Broadcasts of the liturgical celebrations by Archbishop Charles Jude Scicluna in June 2020

Matul ix‑xahar ta’ Ġunju, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna ser ikompli jiċċelebra Quddies matul il‑ġimgħa kif ukoll kull nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM2, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il‑Quddies organizzat mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:

  • Mit‑Tnejn sas‑Sibt fid‑9:30am mill‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Wara l‑Quddiesa tingħad it‑talba tar‑Ruzarju. Dan il‑ħin ta’ talb jiġi mtenni fuq TVM2 fil‑5:30pm mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa…
  • Read more »