Featured

We are all mothers of Jesus through the love between us – The Archbishop

  The Chapel of Our Lady of Manresa at The Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Dan l-inċident insibuh fi tliet evanġelji li jixtiebhu, u li aħna ngħidulhom sinottiċi għax jixtiebhu, f’dak ta’ San Mattew, San Mark u f’ta’ San Luqa. Huwa San Mark biss li jgħidilna li ommu u ħutu marru jfittxu lil Ġesù għax xi ħadd qalilhom li kien qed jitlef minn moħħu, li kien qed jiġġennen.

Tistgħu timmaġinaw kemm inkwetat il-Madonna… Read more »

New certificate in the Safeguarding of Children and Young People at the University of Malta

Scholarships in Theological and Pastoral Studies

Certificate in Safeguarding of Children and Young People

APPLICATIONS ARE OPEN!www.um.edu.mt/courses/overview/UCSCUPTE-2020-1-O

Posted by Faculty of Theology – University of Malta on Monday, July 20, 2020

The Faculty of Theology at the University of Malta together with the Faculty for Social Wellbeing and the Safeguarding Commission of the Church in Malta, are launching a Certificate in Safeguarding of Children and Young People (opening October 2020)… Read more »

Let them both grow together until harvest time – Bishop Galea-Curmi

Mass on the 16th Sunday in Ordinary Time

  The Parish Church of the Annunciation, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Fi skola kien hemm għalliem li kien qed jitkellem mat-tfal u jipprova jfehimhom, fil-klassi tar-Reliġjon, kif aħna lkoll imsejħin għall-qdusija. Għamlilhom din il-mistoqsija: “X’inhu l-aħjar, għaxra min-nies Insara ta’ veru, li jgħixu l-fidi tagħhom, jew mija li jkunu Nsara tal-isem, jgħidu li huma Nsara imma jagħmlu li jfettlilhom?” It-tfal ma sabuhiex diffiċli jweġbuh: “Aħjar ikollok għaxar Insara ta’ veru!” Imbagħad għamel mistoqsija oħra: “Allura ma jkunx aħjar li kieku fil-Knisja nneħħu lil dawk li mhumiex Insara ta’ veru, dawk li jgħidu li huma Nsara imma jagħmlu l-kontra ta’ dak li nemmnu, ma jkunx aħjar jekk neliminaw lil dawn u jibqgħu biss l-oħrajn, il-ftit?” It-tfal bdew qishom jaqblu miegħu, ħassew li aħjar ikollok Knisja ideali… Read more »

“Being patient makes you a better person” – The Archbishop

Mass on the 16th Sunday in Ordinary Time

  Chapel of Our Lady of Mercy, Selmun

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-Evanġelju minn San Mattew li għadna kemm smajna huwa pjuttost twil. Ġesù juża tliet tixbiehat: l-ewwel il-parabbaola tal-qamħ u s-sikrana, it-tieni dik taż-żerriegħa tal-mustarda u t-tielet waħda hi dik tal-ħmira.

Permezz ta’ dawn it-tixbiehat il-Mulej qiegħed jispjegalna x’inhi s-saltna tas-smewwiet. Ma ninsewx li meta nitolbu t-talba li għallimna Ġesù, bħalma nagħmlu f’kull quddiesa, nitolbuh dejjem “tiġi saltnatek”. Allura tajjeb li nifhmu x’qed jipprova jgħidilna Ġesù meta jispjegalna x’inhi din is-saltna… Read more »

The Mother who loves, embraces, intercedes and cares for us – The Archbishop

Mass and pilgrimage on the feast of Our Lady of Mount Carmel

  Basilica of Our Lady of Mount Carmel, Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fit-tgħanniqa ta’ mħabba taż-żewġ persuni Anna u Ġwakkin, il-Mulej joħloq lill-Verġni Marija. L-isem tagħha jfisser qatra f’oċean (għalhekk Marjan). Imma hija qatra li l-ħlewwa tagħha taf tbiddel l-imluħa tal-ibħra kollha f’ilma safi u tajjeb għax-xorb.

Meta l-Mulej ried li fil-ġuf purissmu tagħha tnissel lil ibnu, ried jafdaha f’idejn San Ġużepp. Fil-ħolm qallu: “Ġużeppi, bin David, xejn la tibża’ tieħu għandek lil martek Marija, għax dak li tnissel fiha ġej mill-Ispirtu s-Santu” (Mt 1:20)… Read more »

Through our Lady we recognise our real God – Bishop Galea-Curmi

Holy Mass on the feast of the Blessed Virgin Mary of Mount Carmel

  The Chapel of Our Lady of Manresa at The Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

F’din it-tifkira għażiża tal-Madonna tal-Karmnu, nixtieq li naħsbu ftit fuq żewġ għoljiet.

L-ewwel waħda hi din l-għolja tal-Karmel, li tissemma’ llum fl-Ewwel Qari, li hu l-post fejn bdew, fis-seklu 12, l-ewwel Karmelitani – il-grupp ta’ eremiti li kienu jgħixu hemm. Din il-muntanja baqgħet imsemmija għall-ġrajja li nsibu fl-Ewwel ktieb tas-Slaten, fit-Testment il-Qadim, fejn il-Profeta Elija kien ġie f’konfront mal-profeti ta’ Bagħal… Read more »

The Archbishop asks: Where is our faith leading us?

Mass offered for nurses and hospital chaplains

  The Chapel of Our Lady of Manresa at The Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Imdorrijin nitkellmu dwar Ġesù “ta’ qalb ħelwa u umli” imma Ġesù jitkellem ukoll dwar il-ġudizzju. Il-ġudizzju mhuwiex xi ħaġa negattiva imma hu effett tal-libertà li biha l-Mulej żejjinna. Frott il-libertà hija wkoll ir-responsabbiltà. Jekk għandi għażla, nista’ nagħżel tajjeb jew ħażin u rrid ukoll naċċetta l-konsegwenzi tal-għażliet tiegħi.

Il-Mulej iwissi lil min kien xhud tal-mirakli u l-qawwa tiegħu li tfejjaq, li rċieva ħafna imma għax irċieva ħafna, għandu wkoll ħafna responsabbilta (ara Mt 11:21)… Read more »

“The Holy Spirit is the one who changes our modest offerings” – The Archbishop

Mass on the 80th anniversary of the perpetual adoration

  Church of the Holy Spirit, Żejtun

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Dan hu ġismi, dan hu demmi”. Il-preżenza ta’ tant nies f’dawn l-aħħar 80 sena f’din il-knisja ddedikata lit-tielet persuna tas-Santissima Trinità, lill-Ispirtu s-Santu, tixhed il-fidi f’dawn il-kelmiet ta’ Ġesù: “dan hu ġismi, dan hu demmi”.

Dak li jiġbidna lejn l-Ewkaristija huwa propju din il-fidi mibnija fuq il-fiduċja totali fil-Kelma ta’ Ġesù. Hija l-kelma ta’ Ġesù li jlissen is-saċerdot u l-qawwa tal-Ispirtu s-Santu li tibdel il-ħobż li aħna nippreżentaw u l-inbid li aħna nippreżentaw, fil-ġisem u d-demm ta’ Ġesù… Read more »

Sword and division – Bishop Galea‑Curmi

Mass offered for those who gave up their lives for their faith, that through their loving sacrifice, the church may continue to grow in holiness

  The Chapel of Our Lady of Manresa at The Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

“Ġejt inġib mhux il-paċi imma s-sejf”. Għall-ewwel, meta tisma’ dan il-kliem, tgħid: Dan hu l-istess Ġesù li nafu s-soltu? Dan hu Ġesù li kemm-il darba qal li hu ġie biex il-bnedmin jgħixu fil-paċi u li henjin dawk li jġibu l-paċi? Dan hu Ġesù li qalilna biex aħna nħobbu lil xulxin u biex ningħaqdu lkoll flimkien bħala komunità waħda? U s-sejf, Ġesù ma kellux jgħid fl-istess Evanġelju ta’ San Mattew aktar ’il quddiem, fl-Ort tal-Ġetsemani meta wieħed mid-dixxipli ħareġ is-sejf: “Erġa’ daħħal is-sejf f’postu, għax kull min jaqbad is-sejf, bis-sejf jinqered”? … Read more »

Our Lady truly cherishes and protects life – Bishop Galea-Curmi

Holy mass on the feast of the Annunciation

  The Parish Church of the Annunciation, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

Il-festa tal-parroċċa ta’ din is-sena qed issir f’ċirkustanzi partikulari. Aħna għexna dawn ix-xhur li għaddew, bl-esperjenza tal-pandemija li għadna taħt id-dell tagħha, u dan kien ifisser li ma niltaqgħux fil-knisja għal tliet xhur sħaħ, imma li nistgħu nsegwu l-quddiesa fuq it-televixin jew online. Għalhekk li llum qegħdin miġburin flimkien hija okkażjoni ta’ ringrazzjament lil Alla, u dak li se nagħmlu llum fil-quddiesa u l-pellegrinaġġ hu proprju biex nirringrazzjaw lil Alla permezz ta’ Marija għal dak li għamel magħna matul dawn ix-xhur li għaddew, u nitolbuh ukoll l-għajnuna u l-barka tiegħu għaż-żmien li ġej, għax nafu li għad hemm ħafna inċertezza fuq ix-xhur  li ġejjin… Read more »