Featured

Our Lady’s victory over death is a sign that love is always victorious – The Archbishop

Mass on the solemnity of the Assumption of the Blessed Virgin Mary

  The Cathedral of St Paul, Mdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Xeħet għajnejh fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu […] Is-setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar […] Kull nisel jibda jsejjaħli hienja” (Lq 1:48.49).

Dawn il-kelmiet li qalithom Marija ta’ Nazaret, il-mamà ta’ Ġesù, qalithom f’kuntest ta’ qadi u ta’ mħabba. L-anġlu Gabrijel kien ħabbrilha l-għażla tagħha biex tkun omm l-Iben ta’ Alla u li kellha ssejjaħlu Ġesù, imma bħala sinjal ta’ dak li kien se jagħmel fiha u magħha biex hi temmen li għal Alla m’hemm xejn li ma setax isir, ingħatat is-sinjal tal-qariba tagħha Eliżabetta li kienet diġà tqila għal sitt xhur… Read more »

A martyr of love – Bishop Galea-Curmi

Mass in memory of St Maximilian Mary Kolbe

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Massimiljanu Maria Kolbe, saċerdot mill-Polonja, Franġiskan Konventwali, miet bħal-lum 79 sena ilu, fil-kamp ta’ konċentrament tan-Nażi f’Auschwitz. Baqa’ magħruf speċjalment għax offra li jmut hu minflok wieħed mill-priġunieri.

L-istorja tal-mewt tiegħu hi tassew kommoventi. Kien hemm wieħed mill-priġunieri li ħarab mill-blokk fejn kien hu, u kien hemm liġi kiefra fil-kamp tal-konċentrament li jekk jaħrab wieħed, joqtlu għaxra. Għalhekk ġabru dawn l-għaxra min-nies… Read more »

The merits of humility and forgiveness – The Archbishop

Mass for the memorial of Saints Pontian and Hippolytus

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù jinsisti diversi drabi fuq il-maħfra ta’ bejnietna u jagħmilha kważi kundizzjoni biex nidħlu fis-saltna. Il-parabbola li smajna tikkonkludi b’din it-tagħlima importanti ta’ Ġesù: “Hekk jagħmel lilkom Missieri li hu fis-smewwiet jekk ma taħfrux lil xulxin minn qalbkom” (Mt 18:35). Minn qalbkom, mhux taparsi, minn qalbkom!

Aħna nafu kemm hu diffiċli taħfer, forsi iżjed diffiċli tinsa milli taħfer… Read more »

“Let us welcome children as a true gift” – The Archbishop

Mass on the feast of St Chiara, foundress of the Order of Poor Claire Sisters

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Huwa ta’ pjaċir għalija li llum nintroduċi wieħed mill-għaxar saċerdoti l-ġodda tagħna, is-Salesjan Dun Damian Formosa, li għandu esperjenza ta’ missjunarju fil-Kenja. Bħalissa qiegħed hawn għaliex il-vjaġġi huma diffiċli ħafna. Insellmulu u nawgurawlu ħafna, u b’mod speċjali, permezz tiegħu, insellmu lill-familja mwaqqfa minn Don Bosco.

Ġesù llum isejjaħ tfajjel ċkejken u jqiegħdu f’nofs id-dixxipli tiegħu biex jgħallimhom min hu l-akbar fis-saltna tas-smewwiet… Read more »

The treasures of the Church – Bishop Galea-Curmi

Mass on the feast of St Lawrence, deacon and martyr

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Wara San Pietru u San Pawl, hu San Lawrenz il-qaddis martri l-aktar magħruf ta’ Ruma. Ftit nafu fuq San Lawrenz, imma l-ftit li nafu hu biżżejjed biex nifhmu għaliex hu qaddis għażiż. Kien magħżul mill-Papa Sistu II biex ikun djaknu, anzi biex ikun l-ewwel wieħed mis-seba’ djakni għas-servizz tal-Knisja ta’ Ruma.

Dak iż-żmien, il-Knisja kienet għaddejja minn persekuzzjoni kbira… Read more »

Finding courage in the difficulties of life – Bishop Galea-Curmi

Mass on the 19th Sunday in Ordinary Time

  The Parish Church of the Annunciation, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Il-ġrajja tad-dixxipli fuq id-dgħajsa, li ltaqgħu ma’ Ġesù miexi fuq il-baħar, kienet ġrajja li lill-ewwel Insara kienet impressjonathom ħafna. Mhux biss għall-ġrajja fiha nnifisha, li kellhom esperjenza tagħha d-dixxipli li kienu fid-dgħajsa, imma għax fiha kienu jaraw xbieha ta’ dak li kienu qed jgħixu huma, l-Insara Nsara, u ta’ dak li kien ifisser Ġesù għalihom. Ħa nħarsu ftit l-ewwel lejn id-dgħajsa fil-baħar; imbagħad Ġesù miexi fuq il-baħar; imbagħad Ġesù u Pietru… Read more »

Trust in Him and the Lord will help you – The Archbishop

Mass on the 19th Sunday in Ordinary Time

  Chapel of St Mary Magdalen, Ħad-Dingli

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Xi tfisser li timxi fuq il-baħar? Nafu li għalina l-bnedmin dil-ħaġa mhix possibbli. Sa mill-eqdem żminijiet ivvintajna mezzi kif nistgħu naqsmu l-baħar. Illum bil-hovercrafts tista’ wkoll tagħmel cushion ta’ arja li qisha qed timxi fuq il-baħar. Imma l-bniedem li jimxi fuq il-baħar jifhem li hi xi ħaġa lil hinn minnu. Hu Alla biss li jista’ jimxi fuq il-baħar. Imma xi tfisser? … Read more »

St Dominic fought for the faith of the uniqueness of the human being – The Archbishop

Mass on the liturgical feast of St Dominic on the eighth centenary of his death

  Minor Basilica of Our Lady of Safe Haven and St Dominic

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Dawl jiddi fid-dlam” (Ġw 1:5). Meta naħseb f’San Duminku b’mod speċjali aħna u nibdew b’mod solenni llum s-sena li twassalna fis-6 ta’ Awwissu tal 2021 biex niċċelebraw b’ferħ kbir it-800 sena mill-mewt tiegħu, meta naħseb f’San Duminku faċilment jiġuni dawn il-kliem mill-ewwel kapitlu ta’ San Ġwann: “dawl jiddi fid-dlam”.

L-Evanġelista japplikahom għal Ġesù imma f’intuwizzjoni feliċi li kellha Santa Katerina ta’ Siena fid-djalogu mal-Missier, irrakuntat li l-Missier indika lil Duminku bħala xebh straordinarju addirittura fil-fattizzi tiegħu mal-Iben ta’ Alla magħmul bniedem… Read more »

Self-denial and the cross – Bishop Galea-Curmi

Mass offered for all those who lost their job during the pandemic

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, għandu jiċħad lilu nnifsu, jerfa’ salibu u jimxi warajja.” Dan hu l-kliem li smajna lil Ġesù jgħid fl-Evanġelju llum, u aħna lkoll nixtiequ nimxu warajh, u nkunu dixxipli tiegħu, u jkun hu li jmexxina. Dal-kliem jgħodd ħafna għalina.

Ma kienx ikun aħjar li kieku Ġesù qal jekk xi ħadd irid jiġi warajja, jagħmel li jħoss, jimxi ma’ dak li jogħġbu, u jimxi warajja? … Read more »

“The doctor of our soul” – The Archbishop on the feast of the Transfiguration

Pontifical Mass on the feast of the Transfiguration of the Lord

  Parish Church of the Transfiguration, Ħal Lija

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Ġesù resaq lejhom, messhom u qalilhom: ‘Qumu, la tibżgħux’” (Mt 17:7).

Din is-silta minn kapitlu 17 tal-Evanġelju ta’ San Mattew, għalina n-nies ta’ Ħal Lija hija għażiża ħafna għaliex hija s-sinsla tal-antifona tas-Salvatur. Aħna nafuha bil-Latin: “et accessit Iesus et tetigit eos dixitque eis surgite et nolite timere” (“Ġesù resaq lejhom, messhom u qalilhom: ‘qumu la tibżgħux’”)… Read more »