Featured

Leaving our lives in the hands of God – Bishop Galea-Curmi

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

San Ġużepp kien bniedem li joħlom, imma kellu l-grazzja li l-ħolm tiegħu kien mezz kif Alla jwasallu messaġġ. Kien ħolm b’differenza. Il-Papa Franġisku, fit-8 ta’ Diċembru li għadda, ħareġ Ittra Appostolika fuq San Ġużepp, bl-isem B’qalb ta’ Missier, u jitkellem fuq l-erba’ ħolmiet li kellu Ġużeppi.

Hawn fl-Evanġelju tal-lum għandna ħolma minnhom. Insibu lil Ġużeppi li kien imħawwad, ma jistax jifhem x’ġara bit-tqala ta’ Marija… Read more »

The voice of one crying out in the desert – Bishop Galea-Curmi

Mass on the third Sunday of Advent

  The Parish Church of the Annunciation, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Nixtieq li nieqfu fuq sentenza waħda li hemm fl-Evanġelju tal-lum, li hi sentenza li għandha x’tgħidilna ħafna għal ħajjitna. Hu l-kliem li qal Ġwanni l-Battista u li ħa mill-Profeta Iżaija biex ifisser lilu nnifsu u l-missjoni tiegħu: “Jiena l-leħen ta’ wieħed jgħajjat fid-deżert: wittu t-triq tal-Mulej.”

Negħlbu l-biża’

Ġwanni kien “leħen ta’ wieħed jgħajjat fid-deżert”. Kien hekk għax għażel id-deżert bħala l-post; ma kienx qalb in-nies, imma n-nies kienu jmorru ħdejh, għax hu għażel id-deżert biex jaqdi l-missjoni tiegħu… Read more »

Called to be the shepherd of your parish and to help every flame grow – The Archbishop

Mass on the third Sunday of Advent and the beginning of the pastoral work of Fr Andrew Schembri as parish priest of Ħal Għaxaq

  The Chapel of Christ the Redeemer, Ħal Għaxaq

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Ġie bħala xhud biex jixhed għad-dawl, biex bih kulħadd jemmen” (Ġw 1:6). Dan huwa l-mod kif l-Evanġelju ta’ San Ġwann li għadna kemm qrajna – propju qegħdin fl-ewwel kapitlu – jiddikjara u jfisser il-missjoni ta’ Ġwanni li aħna nsemmuh bħala l-Għammied għax hu kien li għammed lill-Mulej Ġesù, jew inkella Ġwanni l-Battista għax propju għammed lill-Mulej.

“Ġie bħala xhud ibix jixhed għad-dawl, biex bih kulħadd jemmen”… Read more »

Through fidelity, serenity and lots of love – Bishop Galea-Curmi

Mass for the memorial of Pope St Damasus I

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Hawn nies li mhuma kuntenti qatt, sodisfatti b’xejn. Jekk tkun il-kesħa, jgħidu: iġri jiġi s-sajf! U jekk tkun is-sħana, fl-eqqel tas-sħana fis-sajf, jgħidu: kemm hi aħjar ix-xitwa! Qisu dan it-tip ta’ nies Ġesù kien qed jitkellem fuqhom hawn meta qal li ġie Ġwanni l-Battista, li kien bniedem awster, li jagħmel mortifikazzjoni, isum, u qalu: “Dan għandu fih xitan”. Imbagħad fuq Bin il-bniedem – Ġesù qed jgħid għalih innifsu – jiekol u jixrob, qalu: dan hu wikkiel u sakranazz, ħabib tal-pubblikani u l-midinbin… Read more »

Beautiful and treasured from the first moment of her conception – Bishop Galea-Curmi

Mass on the Solemnity of the Immaculate Conception

  The Parish Church of the Annunciation, Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Mimlija bil-grazzja” – hekk isejjaħ l-anġlu Gabrijel lil Marija fl-Evanġelju li għadna kif smajna. Hija din it-tislima li qed niċċelebraw illum b’mod partikulari f’din is-Solennità, meta ngħidu li Marija hija Immakulata, jiġifieri mnissla mingħajr ħtija.

Nixtieq li nħarsu lejn żewġ punti partikulari f’din il-festa.

L-ewwel nett hija l-festa tal-ġmiel, tas-sbuħija. F’Marija aħna naraw dik li ma għandhiex dnub… Read more »

Making straight our paths – Bishop Galea-Curmi

Mass on the second Sunday of Advent

  The Parish Church of the Annunciation, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Żgur li meta nagħtu l-ewwel daqqa ta’ għajn lejn Ġwanni l-Battista, jidher bħala bniedem partikulari ħafna – kif kien jilbes; x’kien jiekol; il-post li għażel, id-deżert; u anke l-mod kif kien jitkellem, kultant naqra iebes, forsi jinħass naqra goff. Qisu, bil-mentalità tal-lum, tgħid: dan qed jagħmel hekk biex jiġbed l-attenzjoni, biex in-nies jiġbidhom lejh, biex jagħmel xena!

Imma aħna nafu li fil-fatt ma kienx hekk… Read more »

My light and salvation – Bishop Galea-Curmi

Mass for the memorial of St John of Damascus, presbyter and doctor of the Church

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

“Il-Mulej id-dawl u s-salvazzjoni tiegħi”. Huwa dan li għadna kif stqarrejna fis-Salm, u din kienet l-esperjenza qawwija li għamlu dawn iż-żewġ għomja – persuni neqsin mid-dawl – meta ltaqgħu ma’ Ġesù. Meta rawh, bdew jitolbuh, jgħajtu: “Bin David, ħenn għalina!”, u baqgħu jsegwuh sa ġod-dar, b’talba ħerqana, ħierġa mill-qalb, talba persistenti.

U Ġesù jidħol id-dar, għaliex hu ovvju li ried jiltaqa’ magħhom personalment, mhux qalb l-għagħa tan-nies, u hemmhekk jgħidilhom: “Temmnu intom li jien nista’ nagħmlu dan?” Hemmhekk jgħinhom joħorġu din l-istqarrija tal-fidi fih, u Ġesù jagħtihom id-dawl, ifejjaqhom… Read more »

The call for politicians to embrace love and hope in politics – The Archbishop on the 100th anniversary of the Labour Party

Mass on the 100th anniversary of the Labour Party

  St John's Cathedral, Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Li nagħrfu li f’kull bniedem hemm ħuna jew oħtna u nfittxu ħbiberija soċjali li tinkudi lil kulħadd, dawn mhumiex sempliċiment utopija – ħolm, xi ħaġa impossibli li tagħmilha. Jesiġu imma minna deċiżjoni u l-ħila li nsibu t-toroq effikaċi, dawk li jwasslu tassew, li jiżguraw il-possibbiltà vera tagħhom” (Fratelli Tutti). Mhux biżżejjed toħlom, trid ssib il-mezzi biex il-ħolma tiegħek isseħħ… Read more »

New premises for Malta Guide Dogs Foundation thanks to the Archdiocese of Malta

The Archbishop inaugurates and blesses the new premises

  The office of the Malta Guide Dogs Foundation, Santa Venera

L-Arċisqof Charles Jude Scicluna inawgura uffiċċju ġdid tal-Malta Guide Dogs Foundation (MGDF) nhar it-Tnejn 30 ta’ Diċembru. L-uffiċċju ngħata mill-Arċidjoċesi ta’ Malta lill-fundazzjoni għal snin bla kera, wara li din tilfet l-uffiċċju li kellha qabel minħabba li għadda għand operatur privat. Min-naħa tagħha l-fondazzjoni rranġat il-post bil-għajnuna ta’ numru ta’ sponsors u l-post issa fih mejda fejn jista’ jiltaqa’ l-bord, żewġ skrivaniji, kċina żgħira u kamra tal-banju… Read more »

Leading people to Jesus – Bishop Galea-Curmi

Mass on the feast of St Andrew

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Sant’Andrija kien sajjied minn Betsajda fil-Galilija, flimkien ma’ ħuh Pietru. Fl-Evanġelju qrajna din is-silta meta Ġesù jsejħilhom biex minn sajjieda jagħmilhom “sajjieda tal-bnedmin”. Imma fl-Evanġelju ta’ San Ġwann (Ġw 1:35-42) għandna rakkont sabiħ ħafna meta jkun hu, Indrì, li jiltaqa’ ma’ Ġesù. Kien dixxiplu ta’ Ġwanni l-Battista, u meta dan uriehom lil Ġesù u qalilhom “Araw il-Ħaruf ta’ Alla”, hu mexa warajh, qagħad miegħu, għarfu bħala l-Messija… Read more »