Daily Gospel

Reflection on Our Lady of Sorrows

O Marija, Omm wisq maħbuba tagħna,

int li toqgħod qrib is-slaleb tagħna

bħalma bqajt ħdejn is-salib ta’ Ġesù,

qawwi l-fidi tagħna sabiex, anki jekk mifluġa bid-dulur,

inżommu fissa l-ħarsa tagħna fuq il-wiċċ ta’ Kristu

li fih, fit-tbatija estrema tas-salib,

dehret l-imħabba kbira u safja ta’ Alla.

Omm tat-tama tagħna, agħtina l-għajnejn tiegħek biex,

lil hinn mit-tbatija u l-mewt, naraw id-dawl tal-qawmien;

agħtina l-qalb tiegħek biex inkomplu,

anki fil-mument tal-prova, inħobbu u naqdu… Read more »

Kelma għall-Ħajja

“Kelma ghall-Hajja” huwa programm li jispjega l-Evanġelu tal-Ħadd fil-kuntest ta’ sitwazzjonijiet reali mill-ħajja ta’ kuljum. “Kelma għall-Ħajja” jixxandar kull nhar ta’ Sibt fis-6:05pm fuq TVM, b’repetizzjoni l-Ħadd fit-7:45am, qabel  ix-xandira diretta tal-Quddiesa. Biex tara l-episodji kollha ta’ dan il-programm agħfas fuq l-icon YOUTUBE fuq in-naħa t’isfel ta’ din il-paġna. Fuq din il-paġna wkoll tista wkoll tħalli l-kummenti jew suġġerimenti tiegħek dwar din il-produzzjoni mtella’ mill-Uffiċċju Komunikazzjoni tal-Arċidjoċesi ta’ Malta… Read more »

Reflections for Lent – 28th February 2010

Hemmhekk

Malli ssejħilna, Mulej,

aħna nitilqu

u mmorru f’postijiet

fejn nibnu s-solidarjetà.

Hemm kotra kbira!

Hemmhekk kulħadd iħossu marbut ma’ xulxin

b’rabta li ma tinħallx.

Hemmhekk kulħadd hu magħqud

għax kull persuna għandha dejjem

il-ferħ u l-paċi fiha.

Malli ssejħilna, Mulej,

aħna nitilqu

u mmorru f’pajjiżi

fejn hi meħtieġa l-maħfra… Read more »

Reflections for Lent – 27th February 2010

Tiftix

Qrib tiegħi, Mulej,

nisma’ t-tgeġwiġ ta’ leħnek

u jien infittxek fil-proxxmu tiegħi

li jħaffef biex jiltaqa’ miegħi

u jara fhiex ninsab

meta ninqabad kuljum

ġo l-isqaqijiet ta’ ħajti.

Infittxek fit-tenerezzi

li juruni u nirċievi.

Infittxek fil-bnedmin

li b’rieda soda

moħħhom fit-tjieba

u fis-solidarjetà! … Read more »

Reflections for Lent – 26th February 2010

Kurjuż

Kemm hi kurjuża dil-ħaġa,

li int, Mulej,

ta’ kobor bla qies,

u ogħla minn kollox

u minn kulħadd,

tersaq lejna bħal ħuna

u tgħix bħalna

u tmut ukoll bħalna,

u timxi magħna fil-widien xotti ta’ ħajjitna

u fl-istat fqajjar tagħna l-bnedmin.

Kemm hi kurjuża dil-ħaġa,

li int, Mulej,

etern u mogħti qima,

teħodha kontra l-flus

li jaħkmu l-qlub

u r-reliġjonijiet;

li int, tfittex il-ħbieb

għaliex ma tiflaħx ma taqsamx imħabbtek ma’ l-oħrajn,

li int, tilbes il-fardal tal-qaddejja;

li int, ġarrabt u waqajt

taħt l-attakki tal-mibegħda,

li int tokrob fis-solitudni;

li int, indfint fl-art

bħal ma’ żerriegħa titgħatta bil-ħamrija,

u minnek ħareġ frott li ħadd ma stenna:

fik aħna nemmnu,

Mulej Alla tagħna

li ġġib ruħek magħna

b’mod daqshekk kurjuż… Read more »

Reflections for Lent – 25th February 2010

L-inqas li hu mistenni

L-inqas li hu mistenni mill-bniedem

mhux li kull persuna

tiġi ttrattata bir-rispett

u jkollha l-istess dritt għall-ħajja?

L-inqas li hu mistenni mill-bniedem

mhux li kull persuna

tkun ħielsa

u kapaċi toħloq

mingħajr ma tkun maħkuma

mill-flus, mir-reliġjonijiet jew mill-istati?

L-inqas li hu mistenni mill-bniedem

mhux li l-art nibżgħu għaliha

bħala ħaġa sagra,

inħarsuha u nsebbħuha

biex tibqa’ l-ambjent

li nistagħġbu bih,

imħejji minn Alla

għal dawk kollha

li jgħixu fih? … Read more »

Reflections for Lent – 24th February 2010

Ġudizzju

Il-jum tal-ġudizzju –

u l-bnedmin jinsabu miġbura.

Huma jistqarru quddiem il-Mulej

li qiegħed fuq it-tron tiegħu:

“M’aħniex denji

li nidħlu fil-Preżenza tiegħek.

Ma tajnikx qima!

Ma tajniex ġieh

lill-Isem qaddis tiegħek!

Il-festi tiegħek ma ċċelebrajniehomx

b’mod xieraq u qaddis!

Lgħabniha ta’ nsara

u bdilnik ma’ allat oħra! … Read more »

Reflections for Lent – 23rd February 2010

Vanġelu

Bil-qawwa tal-fidi

se nitkellmu fuq il-maħfra tiegħek,

imma fl-istess ħin

u kif inhu xieraq,

sabiex ma nagħmluhiex ta’ mħallef,

bl-ikbar imħabba nuru ħniena

ma’ kull persuna mħawda u mfarrka

jew li tilfet it-triq minħabba l-ħażen.

Mingħajr ma nistennew minnha

l-inteġrità

jew id-dinjità,

u fuq kollox mingħajr ġudizzju,

noffrulha l-mogħdrija

u l-faraġ tagħna… Read more »

Reflections for Lent – 22nd February 2010

Komunjoni

Hemm qegħdin magħna.

Huma bnedmin bħalna.

Huma ħutna, Mulej!

U aħna nħokku, immissu magħhom

u niltaqgħu magħhom

kull ħin ta’ kull jum!

Jokorbu. Jisktu.

Jittalbu. Jistennew bis-sabar kollu.

Jistennew sa ma jitherrew

u kull ma jifdlilhom

hu ftit tama.

Huma ċkejknin, Mulej,

u min jista’ jarahom, Mulej,

u min jista’ jismagħhom, Mulej? … Read more »

Reflections for Lent – 21st February 2010

Xebħ

Il-Kelma tiegħek, Mulej,

hi l-preżenza

ta’ l-ispirtu ta’ aħwa,

lest biex jgħin

lil dawk imċaħħda

mid-dinjità u mill-ikel,

li jinsabu fl-ikbar miżerja!

Il-Kelma tiegħek, Mulej,

hi l-kompassjoni

li biha tfarraġ lil dawk

li għandhom il-futur imkisser

minħabba t-telfa

ta’ xi ħadd għażiż,

u t-toqol tas-sens ta’ ħtija… Read more »