“We have found in you a gentle and humble in heart shepherd” – Archbishop Scicluna to Archbishop Emeritus Paul Cremona
Il-messaġġ tal-Arċisqof Scicluna f'għeluq il-50 sena mill-ordinazzjoni presbiterali ta' Mons. Pawlu Cremona u Mons. George Frendo
25/03/2019- Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
-
Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta
24 ta’ Marzu 2019Eċċellenza għażiż Arċisqof Pawlu,
Jiena nixtieq ninterpreta l-qalb ta’ kull wieħed u waħda minna li qegħdin hawnhekk illejla biex ngħid grazzi lill-Mulej tad-don li tana fik. Fis-santa li tajtna bħala tifkira, inti għamilt rassenja, lista, ta’ grazzji li tak il-Mulej: li tkun xbieha ta’ Alla meta ħalqek, li tkun iben il-Missier fil-Magħmudija, li tagħti ħajtek fil-professjoni solenni fl-Ordni Dumnikan, u li 50 sena ilu sejjaħlek biex tkun presbiteru, saċerdot, qaddej…