Archbishop’s Homilies

Marriage as a gift of oneself – The Archbishop

Mass on the feast of the Holy Family

  The Chapel of St Anthony of Padua, Manoel Island

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-Evanġelju li l-Knisja tagħżel f’din is-sena għall-festa tal-Familja Mqaddsa, huwa Evanġelju li joffri almenu żewġ riflessjonjet importanti li xtaqt naqsam magħkom.

L-ewwel nett huwa l-mument meta fl-40 jum mit-twelid ta’ Ġesù, huwa l-Evanġelju li aħna se nerġgħu nisimgħu fit-2 ta’ Frar, fil-Kandlora, 40 jum wara l-25 ta’ Diċembru. F’dan il-mument Marija u Ġużeppi, biex jobdu l-Liġi ta’ Mosè, ħadu lil Ġesù Ġerusalemm biex jippreżentawh lill-Mulej… Read more »

Forgive those who hurt you – The Archbishop

Mass on the 100th anniversary of the building of the chapel

  The Chapel of Our Lady in Lourdes, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-Evanġelju li għadna kemm qrajna huwa Evanġelju li forsi wieħed jgħid: imma dan huwa l-Evanġelju li naqraw l-għada tal-Milied? Jintagħżel minħabba l-festa ta’ San Stiefnu li kien l-ewwel dixxiplu li jagħti ħajtu għall-istqarrija tal-fidi tiegħu f’Ġesù.

Huwa wieħed mid-djakni magħżula biex ikun qaddej tal-komunità imma l-ispirtu tal-Mulej kien fuq Stiefnu biex ukoll ixandar il-Kelma. Fil-fatt jagħti xhieda sabiħa li Ġesù huwa l-Iben ta’ Alla… Read more »

The unconditional love of the Lord The Archbishop on Christmas Day

Mass on the Solemnity of the Nativity of the Lord

  St Paul's Cathedral, Mdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Dawl, ħajja, grazzja. Dawn kollha huma kliem għeżież li l-bidu tal-Evanġelju skont San Ġwann li għadna kemm smajna, jirrepeti kemm-il darba. Donnu qiegħed jirrispondi għall-għatx profond li hemm fil-qalb ta’ kull wieħed u waħda minna. Fid-dlam nixxeqnu għad-dawl, fid-dlamijiet tal-mewt nixxenqu għall-ħajja. Fost ħafna tiġrib, għira u mibegħda nixxenqu għall-grazzja tal-imħabba.

Illum tweldilna tifel li jiġbor fih dan kollu għax il-liġi nagħtatilna permezz ta’ Mosè imma l-grazzja u l-verità seħħew permezz ta’ Ġesù Kristu… Read more »

Tenderness, the invitation of this Christmas – The Archbishop

Midnight Mass

  St Paul's Cathedral, Mdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Dehret il-grazzja ta’ Alla” (Tit 2:11). Dawn huma l-kliem tal-Appostlu Missierna San Pawl li jiġbru ċ-ċelebrazzjoni li qegħdin nagħmlu llum. Il-Milied dan hu. Imma meta ngħid il-kelma ‘grazzja’ xi tfisser?

Grazzja tfisser imħabba li ma titlob xejn lura, tfisser għożża u tenerezza, dak li aħna bil-Malti wkoll insejħulha ħlewwa. Illum dehret il-ħlewwa, it-tenerezza ta’ Alla. U s-sinjal jagħtihulna l-anġlu: “Issibu tarbija mfisqija u mimduda f’maxtura” (Lq 2:12)… Read more »

“Christmas is a hymn of life in the mother’s womb” – The Archbishop

The first vespers of Christmas and Vigil Mass

  St John's Co-Cathedral, Valletta

Nisperaw li tkunu tistgħu tisimgħuni għax ma nistax nagħmel kompetizzjoni ma’ din il-kakofonija li hemm barra. Wegħduna li f’dan il-ħin tal-quddiesa mhux se jkun hemm dan id-daqq u nixtieq nibda din l-omelija b’sinjal tad-diżappunt. Meta tingħata kelma u ma tiġix onorata, hija ħaġa tal-mistħija kbira lejlet il-Milied. Nitlobkom biex lill-Kunsill Lokali tal-Belt u lill-kummerċjanti tgħidulhom, jekk jogħġobkom, u twasslu l-ilment tiegħi. Anke għaliex din ir-realtà li ma nistgħux nagħmlu l-kult tagħna bil-kwiet, fakkritni li qegħdin ngħixu f’dak li qal il-Papa Franġisku: li l-Milied ġie sekwestrat, hijacked mill-kummerċ… Read more »

The birth of the Divine Physician

Christmas message by Archbishop Charles Jude Scicluna

Message by Archbishop Charles Jude Scicluna

Dear Maltese and Gozitans,

It is with great pleasure that I greet each and every one of you dear Maltese and Gozitans on the holy night of Christmas. I greet you with the greeting of the angel on this holy night: Glory to God in the highest, and on earth peace among men with whom he is pleased… Read more »

The feast of light – The Archbishop

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Dan il-kantiku sabiħ li l-Knisja titlob kuljum ma’ sbieħ il-jum, huwa l-kantiku ta’ missier Ġwanni l-Battista, ta’ Żakkarija. Żakkarija hu missier Ġwanni.

L-isem stess Żakkarija jfisser ‘Alla jiftakar’. Aħna, mill-għerq ‘żakar’, minn fejn ġej l-isem Żakkarija, għandna biss iż-żokra li hija t-tifkira tal-omm tagħna. Minn hemmhekk ġej l-għerq tal-kelma żokra, li hija wkoll l-istess għerq tal-isem Żakkarija, li Alla jiftakar… Read more »

The two mothers who speak the same language – The Archbishop

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

F’dawn il-ġranet qegħdin naqraw silta wara l-oħra mir-rakkont li jagħti San Luqa fuq it-twelid tal-Messija imma wkoll it-twelid ta’ Ġwanni l-Battista, il-prekursur. Kellna t-tħabbira lil Żakkarija u mbagħad it-tħabbira lil Marija. Illum għandna din l-għanja ta’ gratitudni u ta’ ferħ li Marija tkanta fid-dar ta’ Eliżabetta f’Għajn Karim.

Illum għandna wkoll ’l omm Samwel. Fl-ewwel qari smajnieha tirringrazzja ’l Alla, toffri t-tarbija li ngħatatilha wara li talbet ħafna lill-Mulej għaliex l-Mulej sema’ l-għajta tagħha u t-tifel għalhekk semmietu Samwel: Alla jisma’… Read more »

Let us open our hearts to the Lord this Christmas – The Archbishop

Mass on the Fourth Sunday of Advent

  The Chapel of Mater Dei Hospital, Msida

L-anġlu tal-Mulej ikellem lil din ix-xebba rżina, Marija ta’ Nazaret, u jfakkarha li “għal Alla m’hemm xejn li ma jistax ikun” (Lq 1:37).

L-Evanġelju ta’ San Luqa, meta jintroduċi lil din ix-xebba, jgħidilna li kienet “mgħarrsa ma’ raġel jismu Ġużeppi mid-dar ta’ David” (Lq 1:27). U meta l-anġlu jħabbar li Marija li kellha tnissel fil-ġuf tagħha bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu, iħabbrilha li kella tnissel fil-ġuf u jkollha iben u ssemmih Ġesù u dwar it-tifel li kien se jkollha, jgħidilha hu jkun kbir, ikun jissejjaħ Bin il-Għoli, il-Mulej Alla jagħtih it-tron ta’ David missieru u jsaltan għal dejjem fuq dar Ġakobb (ara Lq 1: 31-33)… Read more »

“In a world of fake news and fake leaders, we need the true light” – The Archbishop

Mass followed by the investiture ceremony of the Sovereign Military and Hospitaller Order of St John of Jerusalem, of Rhodes and of Malta

  St John's Co-Cathedral, Valletta

Homily by Archbishop Charles Jude Scicluna

Today’s Gospel is very appropriate as we celebrate the investiture and the solemn rites of the Sovereign Military Order of St John of Jerusalem, Rhodes and Malta in this extraordinary church dedicated to the Baptist.

I can even sit down and let you enjoy what Mattia Preti painted in such an extraordinary way as I used to do when I was young and my parents used to bring me here for the eleven o’clock mass and the homilies used to be quite long… Read more »