“We pray that those who are called to be fathers in Jesus’ name within the Church, do so in a spirit of service” – The Archbishop
02/03/2021 The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, FlorianL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Ġesù għandu kliem iebes lejn min juża r-reliġjon — fil-każ tagħna l-Knisja — bħala sellum ta’ rikonoxximent. Meta nisimgħu lill-Papa Franġiksu, ħafna drabi nifhmu eżattament x’jrid jgħid Ġesù. Il-Papa għandu allerġija għal min jinqeda bil-Knisja biex jilħaq. Il-kelma ‘jinqeda’ hija kelma kemmxejn iebsa imma l-Papa ġieli jużaha.
Ġesù, bil-ħarsa ħanina imma għarfa tiegħu, iħares lejn uħud mill-Kittieba u l-Fariżej u jara din il-marda, dan il-virus tal-ambizzjoni, il-virus tal-għatx għar-rikonoxximent… Read more »