Lenten Reflections 2021 – First Sunday
19/02/2021Reflection for the first Sunday of Lent by Archbishop Charles Scicluna.
Gospel: Mark 1:12-15 Read more »
…
News from the Church in Malta
Reflection for the first Sunday of Lent by Archbishop Charles Scicluna.
Gospel: Mark 1:12-15 Read more »
…
L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
“Ċarrtu qlubkom mhux ilbieskom” (Ġoel 2:13). Il-kliem tal-profeta Ġoel li bih nibdew dan l-istaġun tar-Randan ipoġġi l-attenzjoni tagħna fuq il-qalb. Dan huwa staġun li aħna nsejħulu ta’ penitenza imma l-Mulej mhux qiegħed ifittex il-moħqrija tagħna nfusna imma l-konverżjoni tal-qalb.
Jekk inħarsu lejn is-Salm 50 li qrajna bħala s-salm responsorjali llum, li huwa s-salm penitenzjali pereċċellenza, aħna tlabna flimkien ma’ David wara li kien nidem: “Oħloq fija, O Alla, qalb safja” (S 50:12)… Read more »
L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Id-dixxipli jinsew jieħdu ħobż biżżejjed; kellhom ħobża waħda u l-aħħar parti tal-Evanġelju tal-lum b’xi mod hi wkoll twiddiba ħelwa ta’ Ġesù li, għalkemm m’għandhomx ħlief ħobża waħda, magħhom għandhom lilu li bi ftit ħobżiet ta x’jieklu, l-ewwel isemmi l-5,000 ruħ, imbagħad 4,000 ruħ. U jkompli jinsisti magħhom, imma allura “Għandkom għajnejn u ma tarawx, għandkom widnejn u ma tisimgħux? Għadkom ma fhimtux?” (Mk 8:17-18)… Read more »
L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
L-ewwel kapitlu tal-Evanġelju ta’ San Mark jikkonkludi b’din is-silta li għadna kemm smajna u li qara Dun Chris, l-Arċipriet ta’ Ħal Tarxien.
Hemm xi elementi importanti ħafna li jagħtina dan l-Evanġelju li nixtieq naqsam magħkom f’dan il-jum li huwa ukoll għażiż għall-maħbubin. Il-ġurnata ta’ San Valentinu din is-sena inzertat il-Ħadd u allura l-Isqof ma jistax jinjora dan, avolja mhux parti mill-kalendajru universali tal-Knisja… Read more »
L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Ġesù jagħmel ħiltu kollha biex jgħix ir-rieda tal-Missier u r-rieda tal-Missier hija s-salvazzjoni tal-poplu tiegħu, ta’ Iżrael. Iktar ’il quddiem jagħraf ukoll li huwa mibgħut għall-ġnus.
F’din l-ewwel laqgħa ma’ rappreżentanta tal-ġnus, din il-mara Griega, Sirofeniċja min-nisel tagħha, Ġesù jidħol f’kunflitt. Qed titolbu l-għajnuna. Mhijiex parti mill-poplu ta’ Iżrael. Imma l-umiltà tagħha tipperswadih mill-fidi tagħha. Hi lesta tilqa’ wkoll il-loqom li jaqa’ mill-mejda ta’ Iżrael u tissieħeb mal-fidi f’Alla li huwa ħaj għaliex f’Ġesù tara dak li jista’ jgħinha… Read more »
L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
San Pawl telaq minn Ġerusalemm mimli ħeġġa bl-awtorizzazzjoni tal-qassis il-kbir biex imur Damasku u hemmhekk “jaqbad l-irġiel u n-nisa kollha li jsib miexja fit-Triq tal-Mulej u jeħodhom marbuta Ġerusalemm. Huwa u sejjer kif qorob lejn Damasku, f’daqqa waħda” madwar Sawl, Lhudi minn Tarsu, Pawlu ċittadin Ruman, “idda madwaru dawl mis-sema. Waqa’ fl-art u sema leħen jgħidlu: ‘Sawl, Sawl għaliex qiegħed tippersegwitani?’ ‘Min int, Mulej?‘ U l-leħen wieġbu: ‘Jiena Ġesu li int qiegħed tippersegwitah imma issa qum u idħol il-belt u hemmhekk jgħidulek x’għandek tagħmel’ Dawk li kienu sejrin miegħu baqgħu mbikkma billi kienu semgħu l-leħen imma ma raw lil ħadd… Read more »
L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Il-Ħadd li għadda rajna l-konfront ta’ Ġesù max-Xitan fis-sinagoga ta’ Kafarnahum u l-ewwel kapitlu ta’ San Mark ikompli bir-rakkont u jagħtina l-esperjenza tad-dixxipli ta’ Ġesù kif ħarġu mis-sinagoga. Is-sinagoga kienet il-post fejn jiltaqa’ l-Poplu ta’ Alla biex jitlob u biex jikkontempla u jimmedita fuq il-Kelma tal-Mulej. Għalhekk staqsew lil Ġesù biex jikkummenta l-Iskrittura.
Illum l-Evanġelju jeħodna ġo dar ta’ familja… Read more »
L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Ġesù jibda jittrenja lid-dixxipli tiegħu. Hawnhekk għandna l-ewwel esperiment li għamel u jsejjaħ lit-tnax. ’Il quddiem isejjaħ grupp ikbar ta’ 72. F’din l-esperjenza Ġesù jipprova jgħaddi l-qawwa tiegħu fuq il-ħażen u fuq il-mard lid-dixxipli tiegħu. Jibagħthom tnejn tnejn. Ħafna mill-għorrief tal-Knisja, is-santi padri, jikkummentaw li ma bagħathomx wieħed wieħed, bagħathom tnejn tnejn għaliex fl-għaqda ta’ bejniethom mhux biss se jkunu sapport għal xulxin imma se jagħtu xhieda wkoll li huma aħwa għalkemm mhumiex aħwa… Read more »
L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Diġà għaddew 40 jum mill-festa tal-Milied u bħalma nagħmlu kull sena llum imbierku x-xemgħat mixgħula f’idejna biex infakkru fil-profezija sabiħa ta’ Xmun, raġel anzjan li meta ħa t-tarbija Ġesù f’idejh qal: “Dan huwa d-dawl tal-ġnus” (Lq 2: 32). Qal ukoll li din it-tarbija hija s-salvazzjoni: “Għajnejja raw is-salvazzjoni” (Lq 2:30). Sejjaħlu wkoll “Glorja ta’ Iżrael” (Lq 2:32).
Dawn huma titli sbieħ għat-tarbija Ġesù; hija l-profezija li dan l-anzjan, imnebbaħ mill-Ispirtu s-Santu, iwassal u jifhem li hu qiegħed jara dak li stenna: il-faraġ ta’ Iżrael… Read more »
L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Dawn il-Ħdud qegħdin inkomplu naqraw mill-ewwel kapitlu tal-Evanġelju ta’ San Mark. Kapitlu pjuttost twil u fih San Mark jippreżenta l-qofol tal-missjoni ta’ Ġesù. Tissemma l-belt Kafarnahum li tfisser il-belt ta’ Naħum, Kafar Naħum. Hija belt li kienet u għadha fuq ix-xatt ta’ din l-għadira l-kbira, il-Baħar ta’ Tiberijade. Kafarnahum kienet saret, biex ngħidu hekk, il-belt adottiva ta’ Ġesù. Meta telaq minn Nazaret, Kafarnahum sar iċ-ċentru fejn Ġesù kien jirritorna; kien imur minn belt għall-oħra, minn raħal għall-ieħor imma mbagħad Kafarnahum kienet il-belt fejn kien jissetilja… Read more »