Archbishop’s Homilies

Obeying God because he loves us and not out of fear of being punished – The Archbishop

Mass on the Third Sunday of Lent during which prayers were offered for the Apostolic Journey to Iraq by Pope Francis

  The Chapel of the Good Shepherd, Ħal Balzan

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Dan l-episodju, li għadna kemm smajna, huwa episodju li nsibuh fl-erba’ Evanġelji. Mhux kollox li jkun hemm f’Evanġelju nsibuh f’evanġelju ieħor. Imma dan l-episodju ta’ meta Ġesù mar it-tempju u keċċa l-bejjiegħa tat-tempju, meta Ġesù jidher quddiemna pjuttost irrabjat, dan huwa inċident li tant impressjona lill-komunità tad-dixxipli, li mhux biss baqa’ jissemma imma f’kull komunità kien ukoll memorja ħajja ħafna… Read more »

“We pray that those who are called to be fathers in Jesus’ name within the Church, do so in a spirit of service” – The Archbishop

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Florian

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù għandu kliem iebes lejn min juża r-reliġjon — fil-każ tagħna l-Knisja — bħala sellum ta’ rikonoxximent. Meta nisimgħu lill-Papa Franġiksu, ħafna drabi nifhmu eżattament x’jrid jgħid Ġesù. Il-Papa għandu allerġija għal min jinqeda bil-Knisja biex jilħaq. Il-kelma ‘jinqeda’ hija kelma kemmxejn iebsa imma l-Papa ġieli jużaha.

Ġesù, bil-ħarsa ħanina imma għarfa tiegħu, iħares lejn uħud mill-Kittieba u l-Fariżej u jara din il-marda, dan il-virus tal-ambizzjoni, il-virus tal-għatx għar-rikonoxximent… Read more »

“No person and no authority can ever take away our dignity” – The Archbishop

Mass on the Second Sunday of Lent and the administration of the sacrament of confirmation

  The Chapel of the Transfiguration at Corradino Correctional Facility, Paola

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

F’din il-mixja tar-Randan huwa ta’ pjaċir kbir għalija li nkun magħkom, għeżież residenti tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, mal-uffiċjali, u mal-istaff. Insellem ukoll lill-Ministru tal-Intern Byron Camilleri.

Għadna kemm bdejna ċ-ċelebrazzjoni tal-Griżma ta’ Simon, wieħed mir-residenti li bl-għajnuna tal-kappillan ta’ din il-faċilità korrettiva beda l-mixja biex illum jikkonferma l-fidi tiegħu f’Ġesù u jirċievi d-don tal-Ispirtu s-Santu. Id-don tal-Ispirtu s-Santu huwa d-don tal-imħabba… Read more »

Open your hearts to the poor – The Archbishop to university students

Mass on the occasion of the 120th anniversary of KSU

  The Jesuit Church, Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù juża żewġ elementi min-natura u jgħid min aħna. L-identità tagħna tinġabar f’dawn iż-żewġ elementi li jsemmi Ġesù: il-melħ. Mhux se nidħol f’polemika mat-tobba li jgħidulna tiħux ħafna melħ. Wara kollox, fl-università jekk titgħallem xi ħaġa hija li tirrispetta x-xjenza. Jekk trid ikun bniedem tassew ta’ fidi, qatt m’għandek tiddisprezza l-għerf li hemm fil-ħolqien. Min huwa tassew xjenzjat jogħxa bl-istraordinarjetà ta’ dak li hemm fil-ħolqien… Read more »

“Ask and it will be given to you”

Mass for the memorial of Blessed Adeodata Pisani

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

M’ilux smajna lil Ġesù jgħidilna biex ma nintilfux f’ħafna tlablib meta nitolbu. Illum qed jagħmlilna kuraġġ biex filfatt nitolbu, nfittxu, u nħabbtu. Donnu jagħtina formula li tagħmlilna kuraġġ. “Itolbu u jingħatalkom; fittxu u ssibu; ħabtu u jiftħulkom. Għax kull min jitlob jaqla’, min ifittex issib, min iħabbat jiftħulu.” Imma aħna bl-esperjenza tagħna nafu li diversi drabi f’ħajjitna tlabna u ma qlajniex dak li tlabna, fittixna u ma sibniex, ħabbatna u l-bieb baqa’ magħluq… Read more »

During Lent let us forgive one another and ask for forgiveness from the heart – The Archbishop

Mass for the memorial of St Polycarp

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Għadna kemm smajna t-talba tant għaziża li aħna nsejħulha t-talba li għallimna Ġesù, it-talba li tgħallimna nħarsu lejn il-Missier bħala l-Missier ta’ kull wieħed u waħda minna. Ġesù m’għallimniex ngħidu ‘Missieri, li inti fis-smewwiet’ imma għallimna ngħidu “Missierna li inti fis-smewwiet”.

Tifhmu wkoll li t-talba li ngħidu ħierġa mill-Evanġelju skont San Mattew. Għandna verżjoni oħra tat-talba tal-Mulej li nsibuha fl-Evanġelju skont San Luqa imma t-talba li aħna ngħidu fil-quddiesa u meta nitolbu, b’mod speċjali anke meta nitolbu r-rużarju, hi meħuda mill-kapitlu 6 tal-Evanġelju ta’ San Mattew… Read more »

“You will be called Repairer of Broken Walls”

Funeral Mass of Mgr Ġwann Azzopardi

  The Minor Basilica of St Paul, Rabat

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Jien u nitlob fuq il-ħsieb li xtaqt naqsam magħkom illum, waqt li qegħdin nitolbu b’suffraġju  ta’ ħuna Monsinjur Ġwann Azzopardi, u nitolbu wkoll għal ruħu imma wkoll insellmu il-ħidma u l-patrimonju li ħallielna, laqatni ħafna dan il-vers mill-Profeta Iżaija, li, il-Knisja tissuġġerixxi bħal-lum, is-Sibt ta’ wara l-Erbgħa tal-Irmied: ‘’Isejħulek bennej tas-swar imġarrfa’’.

Għaliex nimmaġina, li l-patrimonju storiku, dokumentali, mużikali, arkitettoniku, u mittoniku li ġie afdat għall-kura ta’ Dun Ġwann, mill-mibki Monsinjur Coleiro fl-1967, bħala kollaboratur tal-Mużew tal-Katidral li kien għadu fil-bidu tiegħu… Read more »