Weaving on the loom that leads us to eternal life – The Archbishop on the feast of Our Saviour
Mass on the feast of the Transfiguration
06/08/2021 The Parish Church of the Transfiguration of the Lord, Ħal LijaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
L-Evanġelju ta’ San Mark ipoġġi r-rakkont tat-Trasfigurazzjoni, li qegħdin niċċelebraw illum, propju f’nofs l-Evanġelju. Huwa l-iqsar Evanġelju li nkiteb b’16-il kapitlu. F’kapitlu 8 San Mark ipoġġi din l-esperjenza straordinarja ta’ Ġesù li jixduha biss tlieta mid-dixxipli tiegħu, it-tliet magħżulin.
L-Evanġelju ta’ San Mark jibda bil-magħmudija ta’ Ġesù u fih ma nsibux ir-rakkont tat-twelid u tat-tfulija ta’ Ġesù. Jibda mill-ewwel bid-deċiżjoni ta’ Ġesù, il-mastrudaxxa ta’ Nazaret, li jissieħeb mal-ġgajta jitlob il-magħmudija ta’ ndiema li kien qed joffri Ġwanni l-Għammied, Ġwanni l-Battista… Read more »














