The conversion of St Paul is the beginning of our conversion – The Archbishop
22/01/2022 St Paul's Cathedral, MdinaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
“Morru fid-dinja kolha xandru l-Bxara t-Tajba” (Mk 14:15). Dan il-kmand li Ġesù jagħtina joqgħod ħafna għalikom, għeżież Karl Andrew u Malcolm, intom u tirċievu mingħand il-Knisja din is-sejħa li fil-laqgħat tagħha, fil-laqgħat tal-ġemgħa taqraw il-Kelma ta’ Alla u xxandruha b’ħajjitkom. U qegħdin tirċievu dan id-don: il-ministeru tal-Lettorat, propju aħna u nibdew u niċċelebraw f’dan il-katidral is-solennità tal-konverżjoni tal-Appostlu Missierna filwaqt li qed niċċelebraw il-jum li fih infakkru lil min laqa’ lil Pawlu, lill-protos ta’ din il-gżira li kien jismu Publiju… Read more »