Archbishop’s Homilies

The Archbishop asks: How should we treat our enemies?

Mass on the feast of the saints of Fatima

  The Shrine of Our Lady of Fatima, Gwardamanġa

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Meta nisimgħu dal-kliem ta’ Ġesù faċli nqarrsu wiċċna. Qed nisimgħuh jgħidilna: “Ħobbu lill-għedewwa tagħkom, agħmlu l-ġid lil min jobgħodkom” (Lq  6:27). Din mhix il-loġika tad-dinja, mhuwiex il-mod kif jirraġuna l-bniedem speċjalment meta jkun irrabjat jew vittma ta’ xi inġustizzja. L-ewwel reazzjoni tagħna tkun li npattihielu anke jekk jgħaddi ż-żmien, inżommha fil-komma. Mhux hekk nirraġunaw?

L-ewwel ħaġa li Ġesù jagħmel biex jipprova jipperswadina kemm dan il-parir tiegħu ġej minn għerf kbir, jgħallimna li dan hu l-ewwel nett tal-ikbar ġid għalina u li hi espressjoni kbira tal-imħabba li aħna, bla ma rridu, għandna għalina nfusna… Read more »

Finding the balance between trusting in God and doing what needs to be done – The Archbishop

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Min jaf x’jgħidilna Ġesù lilna meta nogħtru fil-fidi tagħna fih. Inkunu f’sitwazzjoni diffiċli u ngħidu: ‘Alla ttarax, ma jismax,’ jew naħsbu li se nsolvu kollox weħidna.

Id-dixxipli nsew il-ħobż bħalma jiġrilu kulħadd. Ma kellhomx x’jieklu u nsew li magħhom kien hemm il-Mulej li jieħu ħsieb hu. Imma l-Mulej mhux tal-maġija għax imbagħad kultant it-tentazzjoni l-oħra hi: u jagħmel il-Mulej… Read more »

“Those who caution you are merciful ” – The Archbishop

Mass on the sixth Sunday in Ordinary Time

  The Church of St Paul's Shipwreck, San Pawl tat-Tarġa, Naxxar

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù jħares lejn kotra kbira ta’ dixxipli tiegħu u ġemgħa kbira ta’ nies; fosthom jara ħafna foqra, nies bil-ġuħ, qed jara ħafna nies imnikktin bil-ħajja. Nistgħu ngħidu li jekk illum ikollu jiġi l-Mulej jerġa’ jiltaqa’ magħna, aħna li ħafna drabi għandna diversi tip ta’ faqar u ta’ ġuħ, forsi nsofru wkoll xi inġustizzja.

Qed isejħilna ‘imberkin’. Xi ħaġa stramba biex tifhimha għaliex ħadd f’sensih mhu se jsejjaħ il-ġuħ, in-niket, il-faqar bħala barka fihom infushom… Read more »

The love that Paul taught us is built on our encounter with Jesus – the Archbishop

Mass on the solemnity of St Paul's Shipwreck

  The Collegiate of St Paul's Shipwreck, Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fit-talba ta’ din il-festa għażiża, illum tlabna hekk bħala Maltin u Għawdxin: ‘Inti għoġbok, Mulej, li l-Appostlu Missierna San Pawl jara l-għarqa biex jiġi fostna u jxandrilna l-fidi, agħmel li nibqgħu dejjem irroddu ħajr għat-tħabrik u l-imħabba li hu wera magħna’.

Fir-riflessjonijiet tiegħi ta’ din is-sena nixtieq nieqfu ftit fuq il-frażi ‘l-imħabba li Pawlu wera magħna’ għax għan kbir ta’ din il-festa tant għażiża għalina hi propju li rroddu ħajr lil Alla tal-imħabba li wera magħna Pawlu ta’ Tarsu… Read more »

Have our beautiful traditions replaced the Word of God? – The Archbishop

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ma noqogħdux niskandalizzaw ruħna bil-Fariżej u l-kittieba. Ejjew inqisu li dan il-kliem Ġesù qiegħed jgħidu lilna. Nistaqsu lilna nfusna: aħna li għandna tant tradizzjonijiet u sbieħ, u tant aħna kburin bihom, imma dawn ħadu post il-Kelma t’Alla, ħadu post l-Evanġelju ta’ Ġesù? Jien nista’, pereżempju, inżeffen l-istatwi tal-qaddisin, imbagħad nidgħi? Nagħmel festa tal-qaddisin, imbagħad għandi lanzita, bir-rispett kollu, daqshiex għal ħija jew għal oħti… Read more »

Archbishop to those called for marriage: The Lord is giving you a mission in the love between you

Mass on the Fifth Sunday in Ordinary Time

  The Church of St Agatha, Rabat

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-Kelma ta’ Alla llum tkellimna dwar is-sejħa li jagħmel il-Mulej nistgħu ngħidu lil kull wieħed u waħda minna. U jekk hemm xi ħaġa li tgħaqqad il-qari li għadna kemm smajna, hi l-fatt li l-persuna li tissejjaħ minn Alla għal xi missjoni, quddiem is-sejħa ta’ Alla, ilkoll nirrrealizzaw kemm aħna dgħajfin.

Kultant nirrealizzaw ukoll li forsi m’aħniex kapaċi għal dak li l-Mulej qed isejħilna… Read more »

The anointing of the sick brings much spiritual blessing and healing – The Archbishop

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù jagħti l-istruzzjonijiet missjunarji. Qed jibgħat lit-Tnax, l-ewwel grupp u l-iżjed grupp viċin tiegħu, jibgħathom tnejn tnejn biex ikunu ta’ sapport għal xulxin u jagħtihom setgħa speċjali, setgħa fuq l-ispirti ħżiena.

Iwissihom imma biex ma jagħmlux l-iżball li jiddependu fuq l-affarijiet li għandhom magħhom. Il-Mulej se jieħu ħsiebhom. Allura għandhom bżonn il-ħatar għat-triq, l-għasluġ li jwennes is-saqajn għajjiena, ir-riġlejn li jegħjew imma mbagħad iridu jitgħallmu jilqgħu dak li jagħtuhom il-familji li jilqgħuhom għandhom… Read more »

Parents’ worries and hopes for their children – The Archbishop

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Dan ir-rakkont mill-Evanġelju ta’ San Mark m’għandux bżonn ħafna kummenti. Naraw ’l Ġesù li għat-talba ħerqana ta’ missier, jitlaq kollox u jmur ma’ Ġajru biex ifejjaqlu lit-tifla li sadattant tmut. U Ġesù jagħmel l-ewwel miraklu li jqajjem lil xi ħadd mill-mewt. Waqt il-vjaġġ ikun hemm mara li kienet ilha tbati mit-tnixxija tad-demm għal 12-il sena u tfiq malli messet il-mantar ta’ Ġesù… Read more »

A consecrated life in Malta and Gozo that brings healing, comfort and well-being – The Archbishop

Mass on the Day for Consecrated Life

  Shrine of Divine Mercy, Naxxar

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Minnufih jidħol fit-tempju tiegħu, is-Sid li intom qegħdin tfittxu” (Mal 3:1). Ejjew nieqfu ftit fuq din l-espressjoni tal-Profeta Malakija u nistaqsu lilna nfusna: il-Mulej li llum, fl-40 jum wara t-twelid tiegħu u li skont il-Liġi ta’ Mosè jiġi ppreżentat fit-tempju ta’ Ġerusalemm; aħna qegħdin infittxuh? Jiġi f’moħħna s-Salm 27 “Ejja, għedt f’qalbi, ‘fittex ’il wiċċu’, jien wiċċek infittex, Mulej” (Salm 27:8)… Read more »

The Church must not keep its mouth shut despite not always succeeding in doing Jesus’ will – The Archbishop

Mass on the Fourth Sunday in Ordinary Time

  Salesians of Don Bosco Oratory Chapel, Tas-Sliema

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Dis-silta mill-Evanġelju ta’ San Luqa f’kapitlu 4 tibda b’sens kbir ta’ ammirazzjoni għal Ġesù: “Ilkoll laqgħu kliemu u stagħġbu għall-kliem mimli ħlewwa li kien ħiereġ minn fommu” (Lq 4:22). Imma d-diska malajr tinbidel għax lejn tmiem is-silta din l-ammirazzjoni tinbidel f’korla: “Meta semgħu dan fis-sinagoga kulħadd imtela bil-korla; qamu, u ħarġuh ’il barra mill-belt u ħaduh fuq xifer ta’ rdum tal-għolja li fuqha kienet mibnija u riedu jixħtuh minn fuq għal isfel” (Lq 4:28-29)… Read more »