Archbishop’s Homilies

The power of the sign of the cross – The Archbishop

Mass on the feast of the Exaltation of the Holy Cross

  The Church of St Mary of Jesus, Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Huwa Ġesù stess li jqabbel lilu nnifsu mas-serp tal-bronż, li Mosè refa’ fid-deżert biex ikun sinjal ta’ fejqan għall-poplu kollu. “Kif Mosè refa’ s-serp fid-deżert, hekk jeħtieġ li jkun merfugħ Bin il-Bniedem” (Ġw 3:14). Illum, fil-festa tal-Eżaltazzjoni tas-Salib, naqraw dan l-Evanġelju. Il-kelma ‘eżaltazzjoni’ tfisser ‘irfigħ’, jiġifieri li tintrefa’ ’l fuq. Nużawha wkoll għall-glorja ta’ xi ħadd. Ġesù jgħaqqad l-glorja tiegħu, l-eżaltazzjoni tiegħu, proprju mat-tislib tiegħu fuq l-Għuda… Read more »

The joy of God’s mercy is when he can embrace us again – The Archbishop

Mass on the 24th Sunday in Ordinary Time

  The Shrine of Our Lady 'tal-Ħerba', Birkirkara

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Hi grazzja kbira li nisimgħu dawn it-tliet parabboli li Ġesù jagħżel biex jispjega lill-Fariżej xi tfisser il-ħniena ta’ Alla għal kull wieħed u waħda minna. “Il-pubblikani u l-midinbin kienu jersqu lejn Ġesù bi ħġarhom biex jisimgħuh. U kemm il-Fariżej u kemm il-kittieba kienu jgemgmu u jgħidu: ‘Nies midinba jilqa’ għandu dan u jiekol magħhom’” (Lq 15:1-2).

F’dan il-kuntest Ġesù jipprova jispjega lil dawn il-kittieba u l-Fariżej għaliex hu għażel li jilqa’ għandu lill-midinba, għaliex għażel li jiekol magħhom… Read more »

What are we doing with our heritage? – The Archbishop

Mass on the nativity of the Blessed Virgin Mary

  St John's Cathedral, Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Bħal-lum dejjem nisimgħu din il-lista ta’ ismijiet li jwasslu minn Abraham sa Ġużeppi, ir-raġel ta’ Marija. Nistgħu nistaqsu: imma għaliex fil-festa solenni tat-twelid ta’ Marija naqraw l-arblu tar-razza ta’ Ġużeppi? “Ktieb in-nisel ta’ Ġesù Krisu, bin David, bin Abraham” (Mt 1:1). Dan hu t-titlu li l-Evanġelista San Mattew jagħti lil din il-lista ta’ ismijiet, ismijiet li għalina huma strambi.

Nistgħu ngħidu li hemm ħsieb li jista’ jolqotna propju f’dan il-jum meta nifhmu li t-twelid ta’ Ġesù minn Marija u anke t-twelid tagħha, hemm tradizzjoni li tgħid li anke hi kienet min-nisel ta’ David, għandha l-għeruq tiegħu… Read more »

“One cannot be neutral when confronted with evil and injustice!” – The Archbishop

Mass on the eve of the feast of Our Lady of Victories

  The Collegiate church of Saint Lawrence, Vittoriosa

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-għażla ta’ din il-knisja għażiża għandha sinifikat profond din is-sena. Ilkoll nafu li l-Birgu jew il Borgo del Castello, ingħata wkoll tat-titlu Città Vittoriosa minħabba dak li qed niċċelebraw illum u għada: il-ħelsien mill-Assedju tal-1565. Bħal-lum aħna nfakkru wkoll it-tmiem tat-trawma kbira li għalina kienet it-Tieni Gwerra Dinjija; il-kapitulazzjoni tal-flotta navali Taljana fil-Port il-Kbir fis-7 ta’ Settembru tal-1943… Read more »

The soul that wants to see Jesus is learning to speak the language of love – Archbishop

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Anke Erodi t-Tetrarka, titnissel fil-qalb tiegħu kurżità biex jara lil Ġesù (ara Lq 9:9). U għaliex? Għaliex kien sema’ dwar il-fejqan li kien qed jagħmel l-Imgħallem li kien qiegħed ukoll iwassal lill-poplu ta’ Alla f’isem il-Mulej.

Fl-Evanġelju ta’ San Luqa nsibu kemm-il darba riferiment għall-qawwa li kienet toħroġ minn Ġesù, għall-fatt li kien jitkellem bħal bniedem li għandu l-awtorità, għall-qawwa li kellu fuq ix-xjaten, fuq il-mard, fuq l-elementi tan-natura… Read more »

“Your dignity does not depend on what people think of you!” – The Archbishop

Mass on the 22nd Sunday in Ordinary Time

  The Chapel of St Paul's Shipwreck, St Paul's Bay

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ħafna drabi smajt lil xi ħbieb jgħiduli: ‘Aħna l-Katttoliċi meta nidħlu fil-Knisja dejjem nagħżlu l-bankijiet ta’ wara’, dawk li dejjem l-ewwel jimtlew. Ma nafx għaliex u jekk din il-ħaġa hix ispirata mill-kelma ta’ Ġesù llum li jgħidlek biex meta tkun mistieden tagħżilx il-post ta’ quddiem, iżda agħżel dak ta’ wara ħalli mbagħad min jistiednek jgħidlek biex tersaq ’il quddiem (ara Lq 14:8-10)… Read more »

Who wants to reign has to learn to love – The Archbishop

Mass on the feast of Maria Regina

  The Parish Church of Maria Regina, Marsa

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-anġlu Gabrijel mibgħut minn Alla għand xebba, li kien jisimha Marija, “f’belt tal-Galilija jisimha Nazaret” (Lq 1:26); fid-djalogu ma’ din ix-xebba rżina jitkellem dwar il-wirt tagħha. “Tibżax, Marija, għax int sibt grazzja quddiem Alla. Ara, inti se tnissel fil-ġuf u jkollok iben u ssemmih Ġesù” (Lq 1:30-31). L-isem Ġesù jiġbor il-missjoni ta’ dan it-tifel: ‘Alla Salvatur’; ‘Yeshua’ – Alla jsalva… Read more »

Jesus includes mercy with justice at the heart of the Law – The Archbishop

  The Chapel of Our Lady of Manresa at the Archbishop's Curia, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù nafuh biżżejjed, ma tantx jogħomdhom il-kliem, imma jagħtina ħjiel fuq xiex irridu nimxu fil-ħajja tagħna għax aħna lkoll b’xi mod ipokriti, jiġifieri aħna, anke jekk għandna xewqa ngħixu tajjeb kultant nogħtru għax dgħajfin, midinibin. U allura ċ-ċanfira ta’ Ġesù tgħodd għal kull wieħed u waħda minna. Min jaħseb li Ġesù mhux qed ikellmu, iħares sewwa lejn il-mera imma lejn il-qalb tiegħu l-iżjed… Read more »

The Lord will pass you through the narrow door because he loves you – The Archbishop to the community of Marsaxlokk

Mass on the 21st Sunday in Ordinary Time

  The Parish Church of Our Lady of Pompeii, Marsaxlokk

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Huwa u sejjer lejn Ġerusalemm” (Lq 13:22). Dawn is-siltiet li se nibdew naqraw fil-Ħdud mill-Evanġelju skont San Luqa, li din is-sena qegħdin naqraw silta minnu kull nhar ta’ Ħadd; kollha huma parti mill-vjaġġ ta’ Ġesù lejn Ġerusalemm; vjaġġ li proprju beda bl-Evanġelju tal-Ħadd li għadda, b’determinazzjoni Ġesù jibda jħares lejn Ġerusalemm. Fejn jitkellem dwar il-persekuzzjoni tiegħu, it-torturi tiegħu u s-salib… Read more »

What will save us? How do we get to Heaven? – The Archbishop

Mass on the 21st Sunday in Ordinary Time

  Parish Church of St Joseph, Manikata

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-Evanġelji li qed nisimgħu f’dawn il-Ħdud huma parti mill-mixja ta’ Ġesù lejn Ġerusalemm. Diġà qal lid-dixxipli tiegħu — u smajnieha l-Ħadd li għadda — li Ġerusalemm għalih tfisser f’dan il-mument ta’ ħajtu persekuzzjoni, iċ-ċaħda tal-poplu tiegħu, ukoll it-tortura u s-salib.

Huwa u sejjer lejn Ġerusalemm jiltaqa’ ma’ xi ħadd li hu interessat ikun jaf jekk hux se jsalva imma din il-mistoqsija jagħmilhielu b’mod indirett: “Jaqaw ftit huma li jsalvaw?” (Lq 13:23)… Read more »