Archbishop’s Homilies

Look at Jesus when you feel abandoned – The Archbishop to inmates

Mass on the Jubilee of Prisoners and second Sunday of Lent

  Corradino Correctional Facility, Paola

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-aħwa f’din il-mixja tar-Randan, din il-Kelma hi kelma tad-dawl u kelma ta’ tama. Ġesù qiegħed fi triqtu lejn il-ġudizzju, il-kundanna, u l-mewt. Hu bniedem innoċenti. U ta’ bniedem li kien jagħraf is-sitwazzjoni x’inhi, u jagħraf il-qalb tal-bniedem, kien jaf li sħabu se jitfixklu. U jurihom tassew min Hu. Id-dinja se tikkundannah, id-dinja se ssawtu, tinkurunah bix-xewk, issallbu; imma dan hu li Hu? … Read more »

We must account for how we talk about each other – The Archbishop

  St Francis of Assisi Church, Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-aħwa, kull nhar ta’ Ġimgħa fir-Randan il-Vanġelu jinstigana biex insumu, imma jkollkom tistaqsuni: fil-Vanġelu li għadna kemm smajna, fuq liema sawm qiegħed jitkellem?

Ħafna drabi l-ġimgħat tar-Randan nassoċjawhom mad-drawwa li ma niklux laħam, jew li nippruvaw nieklu inqas mis-soltu; imma dan huwa sawm li jmiss il-ġisem.

Il-Mulej illum qed iħares lejn tip ieħor ta’ sawm: sawm minn imġiba li ħafna drabi tesprimi ruħha fir-rabja, fil-vjolenza… Read more »

Lenten Reflection 2025 – Second Sunday

https://www.youtube.com/watch?v=UvUKMroxLq8

During Mass, have you ever paused to reflect on the meaning of the Second Reading? This Lent, Archbishop Charles Scicluna will provide brief explanations of the Second Reading proclaimed on each Sunday, offering key insights and reflections to guide us on our spiritual journey.

Second Reading for the Second Sunday: Philippians 3:17–4:1

Reading from the Letter of St… Read more »

Living a life of justice is the true fast that God asks of us – The Archbishop

Mass during the Lenten retreat for Curia employees

  Chapel of Mount St Joseph Retreat House, Mosta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Kif tista’ tagħti qima lix-xbieha tal-injam jew il-kartapesta, u x-xbieha ta’ Alla ħaj, li hi ta’ ħuk jew oħtok, tikkalpestaha? Ma tagħmilx sens! Din hi l-konverżjoni li nitlob.

Il-Kelma t’Alla llum tkellimna fuq is-sawm, u fl-ewwel qari l-profeta jgħallimna li s-sawm qabelxejn huwa atteġġjament, mhux kwistjoni ta’ x’nagħmel għal wiċċ in-nies. Talba li smajnieha wkoll meta Ġesù jitkellem fuq is-sawm fil-qari ta’ nhar l-Erbgħa tal-irmied: Meta ssum issumx għal wiċċ in-nies, is-sawm tiegħek jarah Alla… Read more »

Lenten Reflection 2025 – First Sunday

During Mass, have you ever paused to reflect on the meaning of the Second Reading? This Lent, Archbishop Charles Scicluna will provide brief explanations of the Second Reading proclaimed on each Sunday, offering key insights and reflections to guide us on our spiritual journey.

Second Reading for the First Sunday: Romans 10:8-13

Reading from the Letter of St Paul to the Romans

That is, the word of faith that we proclaim); because if you confess with your lips that Jesus is Lord and believe in your heart that God raised him from the dead, you will be saved.  … Read more »

This Lent: looking at ourselves, our neighbours and God – The Archbishop

Mass at the beginning of the liturgical time of Lent

  The Parish Church of St Catherine, Żurrieq

Photos: Evan Demicoli L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-Kelma ta’ Ġesù tagħtina triq ċara għal din il-mixja tar-Randan: it-triq li tħares lejk innifsek, lejn il-proxxmu u lejn Alla. Il-Mulej iridek li ssaffi l-imħabba tiegħek għalik innifsek. Ma ninsewx li meta tagħna l-kmandament tal-imħabba, għallimna nħobbu lil għajrna bħalna nfusna. Li tħobb lilek innifsek hija li tieħu ħsieb tiegħek innifsek. U f’dan il-vjaġġ tar-Randan, is-sawm ma għandux ikun xi ħaġa negattiva, imma detox spiritwali; proċess li biha ninħeles minn dak kollu li jtaqqalni, li jfixkilni fil-mixja tiegħi ta’ mħabba… Read more »

From stone to flesh: transforming our hearts in Lent

Mass on Ash Wednesday

  Holy Cross Church, Floriana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Hemm kelma li faċilment tiġini kull Randan. Hi kelma bl-Ingliż li forsi li dan iż-żmien hi iżjed ta’ moda – detox. Hu proċess li permezz tiegħu jiena nitnaddaf minn dak kollu li hu tossiku u velenuż fil-ħajja tiegħi.

Fl-Evanġelju Ġesù jinsisti li dal-proċess mhux neċessarjament xi ħaġa li tidher minn barra jew li ssir għal għajn in-nies… Read more »

The Archbishop asks: do you have the courage to truly see what lies in your heart?

Eighth Sunday in Ordinary Time

  The Parish Church of the Annunciation, Ħal Balzan

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

B’mod konkret, Ġesù iħares lejn il-kapaċitajiet tagħna llum u jistedinna biex insaffuhom. Jitkellem fuq il-ħarsa tagħna u fuq il-qalb tagħna. Il-ħarsa tagħna jixtieq isaffiha minn kull għamad. Ħafna drabi ma nibqgħux naraw ċar; il-ħarsa tagħna tiddallam minħabba r-rabja, minħabba l-preġudizzju, minħabba l-għira, minħabba l-ħażen ta’ qalbna. Il-Mulej Ġesù, qed jipprova jgħallimna li l-ħarsa tagħna fuqna nfusna u fuq xulxin ġejja mill-qalb tagħna, u tesprimi min aħna tassew… Read more »

We pray that our country never forgets its vocation, which is always the missionary vocation – The Archbishop

Mass on the 100th Anniversary of the Maltese Jesuit Mission in India

  St Aloysius College, Birkirkara

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Huwa mument li fih irridu ngħidu, għax huwa dover tagħna, grazzi kbira lill-Mulej. F’dawn is-sigħat propju fl-Indja, fejn il-Missjunarji qegħdin ifakkru lil dawk li taw ħajjithom, hemm l-Isqof Joseph Galea Curmi, il-Vigarju Ġenerali u Isqof Awziljarju ta’ Malta, li qed jaġġornana b’din l-esperjenza tiegħu li jżur l-ambjenti, imbierka u mqaddsa, bil-ħidma tal-Missjunarji għeżież tagħna.

Ftit sigħat ilu bagħtilna ritratti taż-żjara li għamel fiċ-ċimiterju tal-post, fejn hemm midfunin diversi Missjunarji Maltin u anke Sqallin, li taw ħajjithom għall-missjoni fl-Indja; hemm ukoll ħajt li jikkommemora missjunarji li mhux midfunin hemm, imma li taw ħajjithom f’dan il-post imma, li wara li rritornaw Malta, kellhom l-appuntament mal-Mulej fl-aħħar vjaġġ tagħhom propju minn ħawnhekk… Read more »

Jesus’ wish for us: having our hearts free from hatred – the Archbishop

  The Parish Church of the Transfiguration of Jesus, Ħal Lija

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-Mulej, hu u jitlobna forsi l-itqal ħaġa: dik li nħobbu lil min ikun kontrina, jgħinna ftit nifhmu għaliex qed jgħidilna hekk. U jgħallimna li, dak li għandna nagħmlu, meta nagħmluh niftakru: “bl-istess kejl li tkejlu intom jitkejjel lilkom” (Lq 6:38).

Minn min? Ejjew niftakru x’għallimna hu stess, meta għallimna nitolbu. Fit-talba tal-Missierna li ngħidu f’kull quddiesa, u nirrepetuha diversi drabi, anke matul il-ġurnata: “Aħfrilna dnubietna, bħalma naħfru lil min hu ħati għalina” (Mt 6:12)… Read more »