Archbishop’s Homilies

Peace is priceless – The Archbishop

Mass on the Seventh Sunday in Ordinary Time

  Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ħafna minna nsibu din il-paġna tal-Evanġelju forsi waħda mill-itqal, mhux biex nifhmuha, imma biex nagħmluha. Għaliex aħna nifhmu li l-liġi, li Ġesù jippreżenta bħala l-punt tat-tluq, diġà hi raġonevoli ħafna: “għajn b’għajn, sinna b’sinna” (Mt 5:38).

Din il-liġi antika li nsibu fir-Rabta l-Qadima kienet diġà liġi li tgħidlek: jekk xi ħadd ħadlek għajn ma taqtagħlux rasu, għajn b’għajn… Read more »

Welcome the Lord’s blessings to be truly happy – The Archbishop

Sunday Mass during which the ministry of lector was given to a seminarian

  The Parish Church of the Risen Christ, Pembroke

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Irridu ngħidu li hi okkażjoni sabiħa ħafna f’din il-parroċċa li wieħed minn uliedha llum qed jiġi ppreżentat mill-komunità u quddiem l-isqof u l-Knisja biex jiġi istitwit lettur: jibda jaqra b’mod uffiċjali l-Kelma t’Alla fil-komunità fil-preparazzjoni tiegħu anke biex ’il quddiem ikun kandidat uffiċjali għall-ordni sagri kif inhu u jirċievi d-djakonat u l-presbiterat. Għażiż Matthew, aħna nitolbu ħafna għalik.

Fl-Evanġelju tal-lum Ġesù jagħtina l-ewwel nett l-identity card tiegħu għax il-barkiet li jagħtina – u dan hu tagħlim sabiħ kemm tal-Papa Franġisku kif ukoll tal-maħbub u mibki Papa Benedittu – fil-barkiet li jagħti l-ewwel nett Ġesù jitkellem fuqu nnifsu għax dak li jitlob minna Ġesù, hu l-ewwel wieħed li jagħmlu… Read more »

The Archbishop asks: whose witnesses are we?

Mass on the feast of the Conversion of St Paul

  St Paul's Cathedral, Mdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Sawl, Sawl għaliex qiegħed tippersegwitani?” (Atti 22:7). Din hi l-ewwel kelma li l-appostlu Missierna, li aħna nafuh ukoll bit-tieni isem tiegħu Pawlu, isem Ruman li jissieħeb mal-isem Lhudi Sawlu li x’aktarx ingħata fiċ-ċirkonċiżjoni tiegħu ta’ tmint ijiem, dan hu l-ewwel kliem li jisma’ mingħand Ġesù.

L-ewwel nett hu kliem personali ħafna. Ġesù lil dan ir-raġel isejjaħlu b’ismu. U l-isem ifisser li Ġesù għandu għatx kbir li jidħol fi djalogu dirett ma’ dan ir-raġel… Read more »

The matrimonial sacrament is God’s plan of grace for you – Archbishop

  Saint John's Co-Cathedral, Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Intom smajtu bil-pjan tal-grazzja li Alla tani għal-ġid tagħkom” (Ef 3:2). Din il-kelma ta’ San Pawl, tgħodd ukoll għalikom. Itolbu biex dejjem tagħrfu u tifhmu li s-Sagrament taż-Żwieġ, li dħaltu għalih bil-kunsens ta’ bejnietkom, huwa għalikom pjan tal-grazzja ta’ Alla. Aħna, meta ngħidu l-kelma grazzja, irridu nfissru mħabba, ħniena u paċenzja. Jiena nispera u nawgura li ħadtu grazzja b’xulxin xi darba, u li meta tħarsu lejn xulxin forsi għadkom tiftakru dik ix-xrara tal-bidu, bejn argument u ieħor… Read more »

The Epiphany reminds us we are called to be part of a universal family – The Archbishop

Mass on the Epiphany of the Lord

  St John's Co-Cathedral, Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Your Excellency, your presence among us gives new meaning to the responsorial psalm today. Lord on every nation on earth will adore you. Il-ġnus kollha tal-art jagħtuk qima Mulej. You come from Hong Kong, the Far East. Mgr Dennis [Kuruppassery] comes from great subcontinent of India. Both of you come from the East.  And in the Gospel of Matthew today, we hear about these Three Wise Men coming from the East… Read more »