Choosing Jesus comes at a price – The Archbishop
14/07/2024 The Parish Church of Our Lady of Sorrows, St Paul's BayL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Fl-Evanġelju tal-lum, fil-kapitlu 6 ta’ San Mark, ninnutaw li Ġesù jiddeċiedi li l-missjoni tiegħu, jafdaha lit-tnax-il dixxiplu tiegħu u “jibgħathom tnejn tnejn” (Mk 6:7). Ħafna qaddisin jieqfu fuq din l-espressjoni. Ma bagħathomx weħidhom imma jibgħathom tnejn tnejn. Donnu x-xhieda li rridu nagħtu hi qabelxejn ix-xhieda tal-kapaċità li naħdmu flimkien. Kultant il-ħajja ġġagħlna ngħidu: ‘isma’, aħjar nagħmilha waħdi din għax nagħmilha malajr u nagħmilha aħjar; imma biex tiftiehem ma’ ħaddieħor u biex issir, indumu iżjed’… Read more »














