We are faithful servants of the church – the Archbishop to Bishop Henry Balzan
Thanksgiving mass for the episcopal ordination of Bishop Henry Balzan
27/09/2024 The Parish Church of St Cajetan, ĦamrunEċċellenza għażiż Isqof Henry,
Hu ta’ pjaċir kbir ħafna għalina li nilqgħuk fil-Knisja ta’ Malta, li tagħtek il-magħmudija, laqqgħatek ma’ Ġesù fl-Ewkaristija, u tagħtek is-siġill tal-Ispirtu s-Santu fil-griżma tal-isqof, li fiha kont inkardinat bħala djaknu, li fiha lqajt id-don tas-saċerdozju. Din il-parroċċa li tagħha inti kont ragħaj, li saret tafek kif nafuk: ta’ bniedem qalbu f’idu.
Inti rrispondejt għas-sejħa ta’ Ġesù biex tħejjilu l-mejda, biex tkun il-qaddej tal-aħwa, u fil-qalb tiegħek, li minn dejjem kienet qalb ferrieħa u missjunarja, smajt tidwi l-għajta tal-Poplu ta’ Alla: “kattar fina il-fidi” (Lq 17:6)… Read more »














