Let us join in this great gift of freedom and grace – The Archbishop
Chrism Mass 2023
06/04/2023 St John's Co-Cathedral, VallettaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
“L-ispirtu tal-Mulej fuqi, għax hu kkonsagrani. Bagħatni nħabbar il-ħelsien… inxandar is-sena tal-grazzja tal-Mulej.”
Għeżież ħuti saċerdoti, għeżież membri lajċi tal-poplu ta’ Alla. Aħna llum nifirħu b’din il-liturġija solenni tat-tberik taż-żjut. B’dan id-don kbir li l-Mulej tana li nissieħbu fih. Il-qawwa tal-ispirtu s-santu li ssawbet fuqu biex ikun għajn ta’ ħelsien u ta’ grazzja.
L-ewwel mistoqsija li rridu nagħmlu lilna nfusna hi: Din l-għajn ta’ ħelsien u ta’ grazzja nħossha miftuħa għalija? … Read more »