“God is greater than the churches we build” – The Archbishop
Quddiesa f'għeluq il-275 sena mid-dedikazzjoni tal-knisja lil Santa Katarina
22/05/2019- L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
-
Il-Knisja Parrokkjali, iż-Żejtun
10 ta’ Mejju 2019“Isma’, mela, din is-supplika, li l-qaddej tiegħek u l-poplu tiegħek Iżrael, sewwasew f’dan il-post, qegħdin jagħmlulek. Ismagħna int, mis-sema fejn int toqgħod; ismagħna u aħfrilna.” (1 Slat 8:30). Salamun ingħata don speċjali ta’ għerf mill-Mulej u din is-silta li għadna kemm smajna li hija silta ta’ solennità kbira, hija t-talba tas-sultan fil-jum tad-dedikazzjoni tat-tempju li kien bena hu…














