Archbishop’s Homilies

“The Lord is always by our side” – The Archbishop

A Mass praesente cadavere with suffrage for Mr Anthony Spiteri Debono

  The Collegiate Parish Church of St Paul's Shipwreck, Valletta

Ritratt: Arċidjoċesi ta’ Malta – Ian Noel Pace L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-vers li l-kor kanta b’mod tant sabiħ qabel l-Evanġelju li għadna kemm smajna huwa vers tassew kommoventi li jiġbor l-esperjenza tal-mewt għal min jemmen.

Tenuisti manum dexteram mea (qbadtli idi u mexxejtni minn idejja)
Et in voluntate tua deduxisti me (ħadtni skont ir-rieda tiegħek)
Cum gloria assusisti me (dawwartni bil-ġieħ u l-glorja)

Din it-tama tagħna, aħna l-Insara meta quddiem il-fdalijiet ta’ Anthony illum, qegħdin nagħmlu talba lil Alla, għajn ta’ kull ħniena biex lil Anthony, li għaddieh minn din l-esperjenza, isir għalih faraġ, hena u sliem… Read more »

Jesus teaches us not to think only of ourselves – The Archbishop

Mass on the Jubilee of Grandparents and the Elderly

  The Parish Church of the Nativity of the Virgin Mary

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Id-dixxippli jitqanqlu mill-eżempju ta’ Ġesù. Kif ngħidu bil-Malti, il-kelma tqanqal imma l-eżempju jkaxkar. Ġesù kien qiegħed xi mkien jitlob, bħalma kien imdorri jagħmel. L-Evanġelju jgħidilna li kien jibda l-ġurnata kmieni filgħodu jinġabar fit-talb u d-dixxippli kienu jinnutaw x’jagħmel l-Imgħallem. “Wieħed mid-dixxippli tiegħu qallu: ‘Għallimna nitolbu’” (Lq 11:1).

Ħa tkun din it-talba tagħna wkoll illum. Lil Ġesù nitolbuh jgħallimna nitolbu… Read more »

Here is your Mother – The Archbishop

Mass on the eve of the feast of Our Lady of Sorrows

  The Parish Church of Our Lady of Sorrows, St Paul's Bay

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Mara, hawn hu ibnek” (Ġw 19:26).  Din il-kelma ta’ Gesù, illum nixtieq nimmaġinah, lil ommu, mhux biss jafdana f’idejha, imma jgħidilna wkoll, u jgħidilna fiex aħna. “Hawn hu ibnek, hawn hi bintek, hawn uliedek. Uliedek inkwetati minħabba n-nuqqas ta’ paċi fid-dinja. Uliedek li qegħdin jgħixu dan il-wied ta’ dmugħ u għandhom bżonn kelma ta’ tama.” Meta aħna nsellmulha fl-antifona b’talba sabiħa tas-Salve Regina, lill-Madonna nitolbuha tħares lejna b’din il-ħarsa ħelwa ta’ ħniena, tgħinna, lilna, li qegħdin ngħaddu minn dan il-wied tad-dmugħ u bil-ħarsa tagħha wkoll, tindikallna l-ħarsa ħanina ta’ Binha Ġesù… Read more »

Archbishop’s call: Take care of each other and live fully human lives

Mass during the Volleyball Marathon at the Sportsmen’s Jubilee

  Id-Dar tal-Providenza Chapel, Siġġiewi

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Nixtieq insellem lill-isportivi kollha li llum qegħdin jiċċelebraw il-ġublew tagħhom. Dan hu mument ta’ grazzja u ringrazzjament lil Alla għad-don tas-saħħa u tal-enerġija. Illum nitolbu wkoll għal dawk li f’din il-maratona tal-volleyball qegħdin jagħtu mhux biss mill-ħin u mill-enerġija tagħhom imma qed jagħtu wkoll kontribut lid-Dar tal-Providenza. Nixtieq minn issa nirringrazzja wkoll lil kull min qed isegwihom, lill-benefatturi ġenerużi ta’ din id-Dar li jagħtu kenn lil ħutna… Read more »

The Sacrament of Extreme Unction fortifies the soul and body – The Archbishop

Mass with the administration of the Sacrament of Extreme Unction

  Notre Dame Chapel, Lourdes, France

Ritratt:Arċidjoċesi ta’ Malta – Ian Noel Pace L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Mela b’kull ġid lil min hu bil-ġuħ, ħa ħsieb Iżrael qaddej tiegħu għax ftakar fil-ħniena tiegħu” (Lq.1: 53-54).  Dan il-kliem li Marija qalet waqt iż-żjara tagħha lil Eliżabetta jagħtu sinifikat profond lil din l-esperjenza li għamilna f’dawn l-aħħar jiem.

Aħna għandna l-ġuħ tas-sewwa, l-ġuħ tal-verità tal-ġustizzja, tal-fejqan u Sidtna Marija tgħallimna nafdaw f’Alla li jimla’ b’kull ġid lil min hu bil-ġuħ… Read more »

We pray to our Lady so that she will be the one to accompany us in our hour of death – The Archbishop

Mass with Maltese pilgrims in Lourdes

  The Grotto of Massabielle, Lourdes

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-istedina li għamlilna Ġesù fl-Evanġelju li għadna kemm smajna, tirrepeti ruħha minn dan il-post għażiż ta’ kuljum: “Ejjew għandi intom li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin u jiena nserraħkom” (Mt 11:28).

Dan il-post mill-1858, Sidtna Marija kienet messaġġiera, ambaxxattriċi tal-istedina ta’ binha. Għax il-kelma tal-Madonna mhix ’il bogħod mill-kelma ta’ binha. Il-missjoni tagħha anke issa, reġina tas-sema u tal-art hi li tibqa’ ttenni l-kelma li qalet lill-qaddejja fit-tieġ ta’ Kana: “Agħmlu dak li jgħidilkom hu.” Għax l-omm taf li hi tant qrib il-qalb ta’ binha, li binha l-iben t’Alla magħmul bniedem jixtiqilna l-aqwa ġid… Read more »

Love is the true flavour of life – The Archbishop

  The Church of Maximilian Kolbe, Buġibba

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Agħmel hekk u tgħix” (Lq 10:28). Kemm hi sabiħa din il-kelma li Ġesù jgħid lil dan l-Imgħallem tal-Liġi, li meta Ġesù staqsieh x’hemm miktub fil-Liġi (u l-Liġi kienet serje ta’ mijiet ta’ liġijiet, mhux liġi waħda) jagħżel l-aqwa ħaġa: il-kmandament tal-imħabba. “Fil-Liġi x’hemm miktub? Inti x’taqra fiha?[…] ‘Int għandek tħobb il-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha[…] u lill-proxxmu tiegħek bħalek innifsek’” (Lq 10:26-27)… Read more »

Quality of life begins with having a place to live in dignity – The Archbishop

Message for the Press Conference on Affordable Housing

  The Mediterranean Conference Centre, Valletta

Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Onerevoli Prim Ministru u Ministru, personalitajiet distinti, l-ewwel nett grazzi ħafna ta’ din l-okkażjoni.

Hija xhieda konkreta li meta naħdmu flimkien, il-frott ikun ta’ benefiċċju għal kull wieħed u waħda minna. Illum nixtieq ninterpreta wkoll dak li qal il-Ministru, dak li qal Dr Jake [Azzopardi] – nirringrazzjak ħafna tal-entużjażjmu tiegħek. Lill-Prim Ministru dejjem ngħidlu: kull meta ltqajt miegħek dejjem kelli sens kbir ta’ tama, ta’ persuna li l-valuri tagħha huma valuri soċjali u li l-missjoni tagħha hija proprju li tagħti tama lil tant persuni li għandhom bżonn it-tama – tama li inti jkollok saqaf fuq rasek u bejta għall-imħabba u l-ħolm tiegħek… Read more »

Living faithfully and being witnesses of love – The Archbishop

Mass on the solemnity of the apostles St Peter and St Paul

  The Cathedral of St Paul, Mdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Id-data ta’ din il-festa hija antika ħafna. Waħda mit-tradizzjonijiet l-iżjed interessanti hija li fid-29 ta’ Ġunju ta’ kull sena, fil-belt ta’ Ruma antika, kien ikun hemm l-anniversarju tat-tempju mibni lill-fundatur ta’ Ruma, Romulus, li r-Rumani mbagħad meta għamluh wieħed mill-allat tagħhom, f’Ruma pagana, kienu jsejħulu Quirino.

U l-anniversarju tal-bini mill-ġdid tat-tempju tiegħu ta’ dan l-alla Quirino mill-Imperatur Awgustu, kienet propja tiġi ċċelebrata fid-29 ta’ Ġunju… Read more »

“Not for human consumption, but love is – The Archbishop’s call against addiction

The graduation of 23 individuals from Caritas Malta’s programmes

  San Blas Therapeutic Centre, Ħaż-Żebbuġ

Id-Direttur ta’ Caritas Malta Anthony Gatt jgħannaq wieħed mill-gradwati
Ritratt: Arċidjoċesi ta’ Malta – Ian Noel Pace Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-ewwel nett huwa pjaċir kbir tiegħi li ngħidilkom grazzi, grazzi ta’ din l-esperjenza sabiħa li tagħtina tama kbira. Nixtieq nagħtu applaws kbir lir-residenti kollha ta’ Caritas Malta, irġiel u nisa, inkluż ukoll l-adolexxenti f’Tal-Ibwar. Illum qegħdin hawnhekk biex nagħmlulkom kuraġġ.

L-ewwelnett nifirħu ma’ dawk li se jiggradwaw illum… Read more »