Archbishop’s Homilies

St Gregory a humble man and wise leader

Mass on the feast of St Gregory the Great

  Parish Church of St Gregory the Great, Tas-Sliema

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Kienet is-sena 594 u l-belt ta’ Ruma sfat milquta mill-pesta. Pesta qerrieda li bdiet tħalli ħafna vittmi. Id-djaknu Girgor li kien ikkonverta, biddel id-dar ta’ niesu fuq l-għolja taċ-Ċedron, f’monasteru ddedikat lil Sant’ Andrija. Iddeċida bl-awtorità li kellu bħala djaknu tal-belt ta’ Ruma, li jagħmel purċissjoni penitenzjali minn Santa Marija Maggiore sa fuq il-Bażilika li kien bena Kostantinu fuq il-qabar ta’ San Pietru… Read more »

Our Lady of Victory: intercession in our lives through the centuries – The Archbishop

Mass on the feast of the Nativity of the Blessed Virgin Mary

  Collegiate Church of the Nativity of the Virgin Mary, Naxxar

Ritratt: Arċidjoċesi ta’ Malta – Ian Noel Pace L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-arblu tar-razza ta’ Ġesù, skont l-Evanġelju ta’ San Mattew, jikkonċerna l-Iben t’Alla magħmul bniedem fil-ġuf ta’ Marija ta’ Nazaret. Hu bin David u bin Abraham, mhuwiex l-arblu tan-nisel ta’ Marija, imma huwa ta’ Ġużeppi. Marija tidħol f’dan l-arblu tar-razza għax hi mwiegħda bħala għarusa ta’ Ġużeppi, bin David u bin Abraham.

Il-festa tat-twelid tal-Madonna

Illum niċċelebraw it-twelid tagħha u nħarsu lejn dak li fehmu missirijietna meta għażlu li jiċċelebraw it-twelid tal-Omm… Read more »

The Lord desires that our faith leads our hearts to grow in love – The Archbishop

Mass on the beginning of the pastoral work of Fr Matthew Pulis as parish priest of Manikata parish

  The Parish Church of St Joseph, Manikata

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Għażiż Dun Matthew, int u tibda uffiċjalment il-missjoni tiegħek f’din il-parroċċa għażiża tal-Manikata ddedikata lil San Ġużepp, nitlob fuqek u għalik biex tkun leħen il-Mulej li jsejħilna għall-ħajja aħjar, li jagħmlilna kuraġġ ngħaddu mill-bibien dojoq tal-ħajja għaliex il-ħajja inżul u tlajja’. Ġesù ma jaħbix il-fatt li biex nimmaturaw fl-imħabba, biex nikbru fl-għotja tagħna nfusna, irridu ngħaddu mill-bieb id-dejjaq li kultant ifisser sforz, ċaħda u anke tbatija… Read more »

“True love does not spoil” – The Archbishop

Mass on the 21st Sunday in Ordinary Time

  St Francis of Assisi Parish Church, Qawra

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Jiena ngħolli għalihom sinjal, u nibgħat […] lejn ix-xtut imbiegħda li qatt ma semgħu bija, u qatt ma raw is-sebħ tiegħi, u huma jxandru s-sebħ tiegħi qalb il-ġnus” (Iż 66:19).

Qed niltaqgħu hawnhekk fil-Qawra, fejn din il-Kelma ta’ Iżaija seħħet qrib is-sena 60 W.K., meta raġel imbiegħed mill-art tiegħu li għadda minn għarqa flimkien ma’ 275 sieħeb (ara Atti 27:37), ġie nawfragat fuq dawn l-inħawi… Read more »

The courage of faith: when we feel the weight of good and evil – The Archbishop

Mass on the 20th Sunday in Ordinary Time

  The Church of St Paul’s Shipwreck, St Paul's Bay

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ħa noħodkom ftit lura fiż-żmien, meta Ġesù kellu 40 jum u l-ġenituri tiegħu ħaduh fit-tempju, skont il-Liġi, “biex jippreżentawh lill-Mulej” (Lq 2:22). Dakinhar kien hemm Xmun fit-Tempju u malli ra lil din it-tarbija, qal: “għajnejja raw is-salvazzjoni” (Lq 2:30). Imma waqt li sejjaħ lil din it-tarbija “d-dawl tal-ġnus, il-glorja ta’ Iżrael” (ara Lq 2:32), ħares lejn ommu u qalilha: “sejf jinfidlek ruħek” (Lq 2:35)… Read more »

The love and obedience of Mary: the daily path to God – The Archbishop

Mass on the Feast of St Mary

  St Mary's Parish Church, Gudja

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Imbierka inti fost in-nisa, imbierek il-frott tal-ġuf tiegħek, Ġesù” (Lq 1:42).

Dawn il-kliem li lissnet Eliżabetta u li smajna fl-Evanġelju tal-lum jiġbru s-sinifikat profond ta’ din il-festa solenni li qiegħda tiġi ċċelebrata llum madwar id-dinja: l-Assunta – it-Tlugħ fis-Sema ta’ Marija ta’ Nazaret, Omm l-Iben t’Alla magħmul bniedem.

Il-ħarsa, il-ħaddejn u x-xufftejn ta’ Marija

Imbierka inti fost in-nisa, imbierka l-ħarsa ta’ għajnejk – il-ħarsa li iltaqet mal-ħarsa tal-messaġġier tal-Mulej, l-Arkanġlu Gabriel, meta għamillek proposta tremenda: li ssir Omm Alla… Read more »

Mary, the new Eve leading us to the Son of the Living God

Mass on the 8th day of the Octave of the Assumption dedicated to life

  Cathedral of the Assumption, Victoria, Gozo

Ritratt: Facebook/Gozo Cathedral L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fl-Evanġelju li għadna kemm smajna, Ġesù jaċċetta l-istqarrija tal-fidi ta’ Xmun bin Ġona, ta’ Pietru, imma fl-istess ħin iwiddbu meta jifhem li Pietru għad baqgħalu x’jitgħallem. Alla jnebbaħ lil Pietru biex jagħraf li Ġesù hu l-Messija. “Imma intom min tgħidu li jien?” staqsiehom. Qabeż Xmun Pietru u qallu: “Inti l-Messija, Bin Alla l-ħaj” (Mt 16:15-16).

Dik kienet risposta tajba, il-konferma tal-identità ta’ Ġesù u Ġesù jilqa’ din l-istqarrija tal-fidi li mhix biss ta’ Pietru imma tal-Knisja wkoll… Read more »

The crown of humility and love

Mass on the 50th anniversary of the coronation of the titular painting

  Mosta Minor Basilica

Ritratt: Arċidjoċesi ta’ Malta – Ian Noel Pace L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Tibżax, Marija, għax inti sibt grazzja quddiem Alla. Ara, inti se tnissel fil-ġuf u jkollok iben u ssemmih Ġesù. Hu jkun kbir, u jkun jissejjaħ Bin l-Għoli. Il-Mulej Alla jagħtih it-tron ta’ David missieru” (Lq 1:30-31).

Din kienet l-aħbar tal-Anġlu Gabrijel lil din it-tfajla żagħżugħa, verġni, Marija ta’ Nażaret. Ried juriha l-identità tal-iben li kellu jitnissel fil-ġuf tagħha bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu… Read more »

The Archbishop’s advice: let us not attach our hearts to wealth that passes away

Sunday Mass on the 19th Sunday of Ordinary Time

  The Chapel of Our Lady of Ransom, Selmun

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Hemm kelma moderna – anzi, nistgħu ngħidu kelma li saret tal-moda – imma fil-verità hi antika ħafna. Ġesù jitkellem fuq dak li llum insejħulu accountability, jew il-kontabbiltà. Jitkellem dwar il-fatt li iżjed ma tingħatalek responsabbiltà, iżjed jippretendu kont mingħandek: “Għax lil min tawh ħafna, ifittxu li jieħdu ħafna mingħandu; u min ħallewlu ħafna f’idejh, iżjed jippretendu mingħandu” (Lq 12:48)… Read more »

Jesus’ simple words have a great effect on our conscience – The Archbishop

  The Parish Church of the Assumption of the Blessed Virgin Mary

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Hemm Kelma ta’ Ġesù llum li tispjegalna x’jinkwetah. Meta jitkellem fuq ir-regħba, jitkellem fuq xi ħadd li mhux ifaddal – għax li tfaddal huwa għaqal – imma li jfaddal għalih nnifsu biss. “Iftħu għajnejkom u ħarsu rwieħkom minn kull regħba” (Lq 12:15).  Meta dak li tagħmel, tagħmlu biss għalik innifsek. “Iblah li int!” (Lq 12:20). “Hekk jiġrilu min jiġma’ l-ġid għalih innifsu bla ma jistagħna quddiem Alla” (Lq 12:21)… Read more »