Liturgical Celebrations led by Archbishop Charles J. Scicluna during the month of January 2016
29/12/2015-
Nhar il-Ġimgħa l-1 ta’ Jannar 2016, fid-9.00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa ta’ Jum il-Paċi, fid-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi. Il-Quddiesa ser tixxandar fuq TVM2, Net, One u F Living.
Nhar il-Ħadd 3 ta’ Jannar, fid-9:15 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa tal-Epifanija fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Matul din il-Quddiesa, l-Arċisqof jilqa’ uffiċjalment żewġ seminaristi bħala kandidati għas-saċerdozju. Il-Quddiesa ser tiġi mxandra ‘live’ fuq il-YouTube Channel tal-Knisja f’Malta…