The Archbishop during Christmas and the beginning of the New Year
20/12/2016-
Il‑funzjonijiet reliġjużi li ser imexxi l‑Arċisqof Charles J. Scicluna fl‑okkażjoni tal‑Milied jibdew fil‑Lejl tal‑Milied.
Is‑Sibt 24 ta’ Diċembru 2016, fil‑11:00 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi t‑talba tal‑Liturġija tas‑Sigħat fil‑Quddiesa ta’ Nofsillejl fis‑Solennità tat‑Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu, fil‑Katidral tal‑Imdina. Il‑Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq il‑YouTube Channel tal‑Knisja f’Malta.
Il‑Ħadd 25 ta’ Diċembru, fid‑9:15 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Stazzjonali fis‑Solennità tat‑Twelid ta’ Sidna Ġesu’ Kristu, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta…