Liturgical celebrations led by Archbishop Charles J. Scicluna during June 2017
31/05/2017-
Il‑Ġimgħa 2 ta’ Ġunju 2017, fis‑6:30 p.m., l-Arċisqof Charles J. Scicluna jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti tal‑Parroċċi tal‑Belt u tal‑Parroċċa ta’ Ġesù Nazzarenu (Tas‑Sliema), fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta.
Is‑Sibt 3 ta’ Ġunju, fl‑4:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti fil‑Parroċċa Marija Bambina, il‑Mellieħa.
Il‑Ħadd 4 ta’ Ġunju, fid‑9:15 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fis‑Solennità ta’ Għid il‑Ħamsin, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta…