Archbishop Emeritus Mgr Paul Cremona O.P.’s Messages

Archbishop’s message on Easter Saturday

  • Archbishop’s message on Easter Saturday
  • Konkatidral ta’ San Ġwann, Valletta
    19 ta’ April 2014

    Ħuti, aħna fl-ewwel lezzjoni rajna fil-Ġenesi r-rakkont tal-ħolqien tal-bniedem, raġel u mara, xbieha tiegħu. Fl-ewwel żewġ kapitli li rajna llum tissemma biss dik li hi l-siġra tal-għarfien tat-tajjeb u l-ħażin. Imma fil-kapitlu tlieta tissemma siġra oħra u din is-siġra kien fiha frott ta’ l-immortalita, jiġifieri li l-bniedem ma jmutx…

  • Read more »

Archbishop’s message on Good Friday

  • Archbishop’s message on Good Friday
  • Konkatidral ta’ San Ġwann
    18 ta’ April 2014

    Aħna smajna il-kant tal-Passjoni tal-Mulej. Fir-rakkont Ġesu kien iċ-ċentru, imma rridu niftakru li fiċ-ċentru ta’ din  il-ġrajja hemm il-bniedem: il-bniedem fil-bidu, u l-bniedem, jiena u intom, li qegħdin ngħixu illum.

    Ir-raġuni hija ċara. Kieku l-bniedem ma dinibx Ġesu ma kienx jgħaddi minn dan kollu għax ma kienx ikollu bżonn…

  • Read more »

Archbishop’s message on Maundy Thursday

  • Archbishop’s message on Maundy Thursday
  • Konkatidral ta’ San Ġwann
    17 ta’ April 2014

    Ħuti, aħna naqraw fil-Vanġelu  li qabel ma Sidna Ġesu Kristu ġie imsallab kien hemm żewġ għemejjel li hu ried jagħmel. L-ewwel għemil kien li hu jagħmel l-aħħar ikla mad-dixxipli tiegħu. U aħna llum se niċċelebraw din l-ikla. It-tieni ħaġa li għamel kien li mar quddiem Alla l-Missier u beda jitolbu u ġedded ix-xewqa tiegħu li hu,  Sidna Ġesu Kristu,  ried li jobdi lil Alla l-Missier…

  • Read more »

Archbishop Paul Cremona’s homily during Mass marking the installation of the President of Malta​

  • Archbishop Paul Cremona’s homily during Mass marking the installation of the President of Malta
  • Dar tal-Providenza, Siġġiewi
    4 ta’ April 2014
  • Eċċellenza President ta’ Malta u s-Sinjura Abela, Eċċellenza s-Sinjura President elett u s-Sur Preca, Fuq ix-xewqa tal-Eċċellenza Tagħha, il-President-elett Marie Louise Coleiro Preca, aħna qegħdin nagħmlu din il-quddiesa fuq l-art tad-Dar tal-Providenza. B’dan il-ġest inti ridt turi programm tal-presidenza tiegħek, kif int diġà stqarrejt diversi drabi…
  • Read more »

Archbishop’s message on the feast of Christ the Redeemer

  • Archbishop’s message on the feast of Christ the Redeemer
  • L-Isla
    28 ta’ Marzu 2014

     
    Ħuti, llum aħna qegħdin infakkru r-Redentur tal-umanita jiġifieri dak li feda lill-umanita kollha.
    L-ewwel riflessjoni li nixtieq naqsam maghkom illum hija fuq Alla l-Missier, kif Alla l-Missier għex din it-tbatija ta’ Ibnu. It-tieni riflessjoni hija fuq Ġesu li permezz tiegħu aħna ġejna mifdijin…

  • Read more »

Archbishop’s message to the five new candidates for priesthood

  • Archbishop’s message to the five new candidates for priesthood
  • Knisja Parrokkjali tal-Mosta
    14 ta’ Marżu 2013

    L-istorja tas-salvazzjoni tagħna tibda bil-ħolqien. Alla l-Imbierek ħalaq lill-bniedem, raġel u mara, xbieha tiegħu. Imma l-bniedem dineb u allura kellu bżonn is-salvazzjoni. Pereż li ġo fih kellu l-preżenza tad-dnub kellu bżonn lill xi ħadd ieħor biex jidħol għalih u jkun jista’ jsalvah…

  • Read more »

Archbishop’s message on the one year anniversary of Pope Francis’ election

  • Archbishop’s message on the one year anniversary of Pope Francis’ election
  • Konkatidral ta’ S. Ġwann, Valletta
    16 ta’ Marzu 2014

    Fil-bidu tal-ministeru tiegħu, Ġesù mar lura lejn pajjiżu, lejn Nażaret u hemmhekk beda jipprietka. Ipprietka fuq is-saltna t’Alla imma kien hemm xi wħud tfixklu minħabba fih. Kif jista’ bin mastrudaxxa li ma tgħallem imkien jgħid dan il-kliem mimli qawwa? …

  • Read more »