Archbishop Emeritus Mgr Paul Cremona O.P.’s Messages

ARCHBISHOP’S MESSAGE DURING THE CONFERENCE ‘ENOUGH FOR EVERYBODY’

Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

10 ta’ Diċembru 2011

Bonġu lil kulħadd,

Qed nieħu gost li din il-konferenza ġiet organizzata mill-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent partikolarment għaliex xi kultant ikollna l-kunċett li lil Alla l-Imbierek jinteressah biss minn dak li jiġri wara din il-ħajja. Iżda nafu li Alla, li ħalaq id-dinja, jinteressah li d-dinja timxi ’l quddiem għall-ġid tal-bniedem… Read more »

MESSAGE BY THE ARCHBISHOP ON THE DAY OF THE PRIEST

It is a joy for me to share with you my experience both as a priest and as a bishop on the Day of the Priest, which our Archdiocese is celebrating today for the first time. I rest assured that many Christians hold the priest in high esteem and also appreciate the service he offers for the good of mankind… Read more »

ARCHBISHOP’S MESSAGE DURING MGR DEPASQUALE’S FUNERAL MASS

KonKatidral ta’ San Ġwann

1 ta’ Diċembru 2011

Ħuti,

Kieku kelli niddiskrivi lil Isqof Annetto Depasquale kont niddeskrivih hekk: nisrani mgħammed li qeda’ lil Knisja ta’ Kristu, kien saċerdot u kien Isqof. U qed ngħid dan għaliex il-karatteristiċi tal-ħajja nisranija għexhom tul ħajtu kollha. Taħt is-saċerdozju, taħt l-episkopat kont tara din il-viżjoni nisranija li kellu u li mxiet miegħu tul ħajtu kollha… Read more »

ARCHBISHOP’S MESSAGE ON THE LITURGICAL FEAST OF CHRIST THE KING

Knisja Parrokkjali ta’ Santa Venera

20 ta’ Novembru 2011

Eċċellenza President ta’ Malta u Sinjura Abela,

Ħuti,

Aħna f’dan il-jum qed niċċelebraw is-Solennita ta’ Kristu Re, Kristu Sutan u ġustament għaliex huwa Sultan.

Imma meta naqraw il-Vanġelu, kont qed nirrifletti f’dawn il-ġranet,  ma jidhirx li l-preokkupazzjoni speċjali ta’ Ġesu kienet li jsejħulu Sultan.  Fil-fatt ftit hemm referenzi għal Ġesu li huwa Sultan… Read more »

ARCHBISHOP’S MESSAGE ON THE OCCASION OF THE NEW GRADUATES’ MASS

Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

16 ta’ Novembru 2011

Ħuti,

l-ewwelnett nixtieq li nagħti l-awguri lil dawk li ggradwaw f’dawn il-ġranet u f’isem is-soċjeta nixtieq nirringrazzjakom għall-impenn li intom ħadtu biex taslu f’dan il-punt għaliex is-soċjeta tara potenzjalita kbira fikom ilkoll.  U jalla dan li beda llum f’dawn il-ġranet bil-gradwazzjoni tagħkom iwassal għal tant ġid f’tant sferi tal-ħajja tagħna lil pajjiżna… Read more »

ARCHBISHOP’S MESSAGE ON THE OCCASION OF THREE SEMINARIANS RECEIVING THE MINISTRY OF THE LECTORATE AND THE ACCOLITATE

Knisja Parrokkjali, Żurrieq

15 ta’ Novembru 2011

Ħuti,

aħna ġejna hawnhekk għaliex għal xi raġuni jew oħra ġejna mistiedna minn dawn it-tlett żgħażagħ biex nitolbu u nifirħu magħhom.  Dawn it-tlett żgħażagħ semgħu is-sejħa tal-Mulej biex huma jagħtu ruħhom lilu ħalli jaqdu l-Knisja fis-sċerdożju ministerjali.

Imma sakemm jaslu għal dak il-jum huma għandhom xi tappi differenti… Read more »

ARCHBISHOP’S MESSAGE ON REMEMBRANCE DAY

Konkatidral ta’ San Ġwann

13 ta’ Novembru, 2011


Eċċellenza Sur President ta’ Malta u Sinjura Abela,

Illum qegħdin niċċelebraw Jum it-Tifkira, li bdiet wara l-Ewwel Gwera Dinjija, iżda li llum tfakkarna fiż-żewġ gwerer dinjija tas-seklu li għadda.

It-Tifkira ssir għal diversi raġunijiet. Issir biex niftakru f’dawk kollha, dawk fil-militar u ċivili, li tilfu ħajjithom tul dawn iż-żewġ gwerer… Read more »

ARCHBISHOP’S MESSAGE ON THE OCCASION OF THE THANKSGIVING MASS FOR BISHOP EMANUEL BARBARA

Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

11 ta’ Novembru 2011

Eċċellenza Agent President ta’ Malta, Eċċellenza Mons. Emmanuel Gerada, Eċċellenze, ħuti fis-saċerdożju, fil-ħajja reliġjuża,u fil-magħmudija,

Ħuti,

aħna qed nagħmlu din iċ-ċelebrazzjoni biex nestendu fiż-żmien u fl-ispazju dak il-ferħ kbir li kien hemm ġewwa Malindi meta saret l-ordinazzjoni episkopali ta’ Mons. Emanuel Barbara. Fiż-żmien għaliex saret fl’1 t’Ottubru; fl-ispazju għaliex mill-Kenya dan il-ferħ ġibnih hawnhekk ġewwa fina u waqt li hemmhekk ferħu għaliex kienu qed jilqgħu Isqof ġdid aħna fraħna għaliex dan l-Isqof ġdid ġie propju minn din il-Knisja tagħna li qed tgħin lil din l-Knisja ġewwa l-Kenya biex dejjem iktar tikber… Read more »

ARCHBISHOP’S MESSAGE ON THE OCCASION OF THE GRADUATION OF THE PASTORAL FORMATION INSTITUTE

Is-Seminarju tal-Virtu’, Rabat

8 ta’ Novembru 2011

Ħuti,

l-ewwelnett nirringrazzjakom  kemm għaliex ġejtu l-lejla, imma aktar minn hekk, għaliex ħassejtu ġewwa fikom ix-xewqa li tikbru fil-kelma tal-Mulej u naħseb iktar ma’ jgħaddi ż-żmien aktar din ix-xewqa hemm bżonn li tikber u tinxtered.

U waħda mill-missjonijiet kbar li aħna rridu nagħmlu bħala Knisja, hija li l-kultura ta’ madwarna ngħinuha tifhem xi kliem, mhux fil-kuntest tal-kultura prevalenti imma fil-kuntest tal-kelma t’Alla li tuża’ din l-istess kelma.  … Read more »

ARCHBISHOP’S MESSAGE ON THE OCCASION OF HIS FATHER’S FUNERAL

KonKatidral ta’ San Ġwann, il-Belt, Vallettta

26 ta’ Ottubru, 2011

Ħuti,

Hemm diversi modi kif tibda tħares lejn dan il-mument, iżda jien nixtieq li nħarsu lejh fid-dawl tal-kliem li nsibu fil-ktieb ta’ Ġob: “Il-Mulej tani, il-Mulej ħadli: ikun imbierek isem il-Mulej” (1,21). Nixtieq li nagħmlu tagħna it-tagħlima ta’ Ġob għaliex hija l-unika triq lejn Alla: ta’ umilta’ u fiduċja quddiem il-kobor ta’ Alla, aktar milli ta’ pretensjoni quddiemu.  … Read more »