Archbishop Emeritus Mgr Paul Cremona O.P.’s Messages

Archbishop’s message on Maundy Thursday

Konkatidral S. Ġwann

28 ta’ Marzu 2013

Ħuti, aħna ġejna flimkien biex niċċelebraw dak li sar elfejn sena ilu, jiġifieri t-twaqqif tal-Ewkaristija minn Sidna Ġesù Kristu. Aħna fl-ewwel lezzjoni diġa rajna tifkira oħra għaliex fl’Antik Testment il-Lhud li għadhom sal-lum jiċċelebraw il-festa tal-Għid billi joqtlu ħaruf u jiekluh bħala familja flimkien. U waqt din iċ-ċeremonja kollha Sidna Ġesù Kristu iwaqqaf l-Ewkaristija u dik it-tifkira jagħmilha xi ħaġa li hija preżenti għalina llum… Read more »

Archbishop’s message on Good Friday

Konkatidral S. Ġwann

29 ta’ Marzu 2013

Ħuti, smajna r-rakkont tal-passjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu. Huwa rakkont li jqanqlek u jekk tħares lejh mill-għajnejn ta’ Sidna Ġesù Kristu nikkonsidraw li kien hemm ħafna weġgħat f’din l-passjoni, u mhux it-tislib biss.

Fil-fatt naħseb li waħda mill-weġgħat kbar li kellu Ġesù f’din l-passjoni kienet il-fatt li hu ltaqa’ ma’ xi ħadd, Pilatu, li ma kienx jaf il-verita“, u meta Ġesù offrilu li jurih il-verita“, għaliex qallu li jien għalhekk ġejt biex nixhed għall-verita“, Pilatu ċaħadha… Read more »

Archbishop’s message to young people on Palm Sunday

Bubaqra, Żurrieq

24 ta’ Marzu 2013

Ħuti, kif smajna, llum il-Vanġelu kien ir-rakkont tal-passjoni tal-Mulej, imma aħna qegħdin f’Ħadd il-Palm u allura rridu niftakru li f’dan il-jum Ġesù beda t-triq tal-passjoni. Tajjeb li f’din il-ġimgħa niftakru li l-protagonist huwa Ġesù, imma r-raġuni għaliex bata huwa jien u int. Jiġifieri importanti li dawn il-ġranet ma ngħixuhomx barra minna qiesna qegħdin naraw dramm, imma kull darba li nisma’ parti mill-passjoni, jien irrid ngħid: “Mulej, imma kif tħobbni daqshekk? … Read more »

Archbishop’s message on the occasion of the renunciation from the Petrine ministry of His Holiness Pope Benedict XVI and for the Conclave

Konkatidral, San Ġwann

6 ta’ Marzu 2013

Ħuti bħalma għidna fil-bidu aħna ġejna flimkien għal-żewġ raġunijiet. L-ewwelnett biex nirringrazjaw lil Alla l-Imbierek u lill-Ispirtu s-Santu li nebbah lil-kardinali li kienu flimkien biex jagħżlu lil Papa Benedittu XVI, Josef Ratzinger, biex ikun il-Papa tagħna. It-tieni raġuni għaliex ġejna hawnhekk illum hi li aħna qegħdin nistennew bil-ħerqa papa gdid, u għalhekk se nitolbu lill-Ispirtu s-Santu biex il-Kardinali li diġa huma mlaqqgħin flimkien, jagħrfu jagħżlu dik il-persuna li llum għandna bżonn biex tmexxina propju fil-mixja tal-Kristjaneżmu, tal-Kattoliċiżmu… Read more »

Archbishop’s message on the occasion of four new Candidates for the Priesthood

Knisja Parrokkjali  S. Ġorġ, Ħal-Qormi

1 ta’ Marzu 2013

Ħuti, smajna fil-kummentarju li dawn l-erba’ żgħażagħ qegħdin joffru lilhom infushom għas-sagrament tal-Ordni Sagri. Bħalma lkoll nafu l-Mulej ma ħallinhiex weħidna imma tana grazzji speċifikament għal diversi mumenti tal-ħajja tagħna. Tana l-magħmudija meta nitwieldu, tana l-ikel fl-Ewkaristija, tana l-maħfra, is-sagrament tal-penitenza u tana ukoll il-konfermazzjoni bħala qawwa ġdida minn għand il-Mulej meta nibdew nilħqu l-età tal-adulti… Read more »

Archbishop’s message for couples who are getting married this year

Konkatidral ta’ San Ġwann

24 ta’ Frar 2013

llum il-Mulej f’dan il-Ħadd tana tlett lezzjonijiet li naħseb nista’ nżidhom ma’ dak li qalu dawn iż-żewġt għarajjes.

Fl-ewwel lezzjoni (Ġen 15, 5-12,17-18) rajna li Alla l-Imbierek għamel wegħda ma’ Abram. Abram kien l-ewwel wieħed li, permezz tiegħu, Alla daħal biex jibqa’ fl-istorja tagħna… Read more »

Archbishop’s message on the Day for the Laity

Konkatidral ta’ San Ġwann

15 ta’ Frar 2013

S. Ġakbu llum fl-ittra tieghu qed jagħtina li ngħarfu l-identità tagħna. Aħna l-poplu t’Alla, għandna l-missjoni nkunu pont bejn Alla u l-bniedem. Dak huwa s-saċerdożju universali li joħroġ mill-magħmudija tagħna.

Ħa niftakru x’qalilna S. Ġakbu.

L-ewwel ħaġa li qalilna S… Read more »

Archbishop’s message during the Ceremony of the Translation of the Reliquary and Vespers on the occasion of the feast of the Shipwreck of St Paul

Katidral tal-Imdina

26 ta’ Jannar 2013

Ħuti, il-Papa Benedittu XVI nieda din is-sena bħala s-sena tal-fidi. Hu ħajjar lilna lkoll biex aħna nagħmlu mixja ta’ fidi. Illum aħna qegħdin niċċelebraw il-konverżjoni ta’ missierna S. Pawl u jiena għidt: ejjew niftakru fil-mixja li għamel S. Pawl biex jasal li ikun l-appostlu tal-ġnus. Araw ftit f’din ir-riflessjoni li se nagħmlu liema huma dawk il-punti tal-mixja li aħna għandna bżonn li nwelldu mill-ġdid fil-qalb tagħna… Read more »

Archbishop’s message on the feast of St. Francis de Sales, patron Saint of Journalists

Leħen is-Sewwa, Istitut Kattoliku, il-Furjana

25 ta’ Jannar 2013

Ħuti, hemm żewġ modi kif aħna nikkunsidraw il-bnedmin. Meta qed nitkellmu fuq il-ġurnaliżmu, nistgħu nibdew mill-ġurnaliżmu, u ngħidu ġurnaliżmu li huwa kattoliku. Imma llum aħna qegħdin infakkru l-konverjoni ta’ S. Pawl u allura kont inbiddilha jiena; kont ngħid Kattoliku, Kristjan li huwa ġurnalist. Jiġifieri il-punt tat-tluq li aħna qegħdin nitkellmu fuqu huwa propju l-fatt li hu nisrani, li ghandu l-fidi tiegħu hija qawwija, li mbagħad jagħti lilu nnifsu biex ikun jista’ jwassal il-kelma bħala ġurnalist… Read more »

Archbishop’s message on the sixth anniversary of his Episcopal Ordination

Konkatidral ta’ S. Ġwann

20 ta’ Jannar 2013

Ħuti l-ewwelnett nixtieq nirringrazzja lil Mons. Scicluna għal dawk il-kliem sbieħ li qalilna biex jintroduċina għal din il-quddiesa. U llum nixtieq ukoll nirringrazzja lil-komunita’ Nisranija talli talbet għalija f’mument fejn iddgħajjift. Jiena dak iż-żmien kont għamilt patt mal-Mulej. Għidtlu: Mulej, jekk inti kuntent bis-sitt snin li għamilt, tagħtiniex saħħa, nerġa’ mmur lura l-kunvent, imma jekk tridni li jiena nkompli, tini s-saħħa… Read more »