Uffiċjal għoli fil-Gvern Ingliż stqarr li tfal minn familji mkissrin kellhom disa’ darbiet iktar ċans li jwettqu atti kriminali minn tfal oħrajn imrobbijin f’familji stabbli, waqt li kkwantifika l-ispiża tal-Gvern Ingliż minħabba t-tkissir tal-familji bħala £100 biljun.
F’indirizz li għamel lir-rappreżentanti ta’ ‘Relate’, għaqda karitattevoli nazzjonali li hi impenjata fit-tisħiħ tar-relazzjonijiet umani, is-Segretarju tal-Istat għax-Xogħol u l-Pensjonijiet, Iain Duncan Smith, qal li t-tkissir taż-żwieġ wassal għal splużjoni fir-rata ta’ kriminalità, u ddupplikat iċ-ċans li persuna tgħix fil-faqar. Fi kliemu, il-fatt li ż-żwieġ u l-ħajja tal-familja ddgħajjfu wassal biex il-pajjiż iħallas prezz qares fil-forma ta’ iktar faqar u ċansijiet ifqar għall-ulied ta’ familji li tkissru.
L-indirizz li għamel Duncan Smith, il-ġurnal Daily Mail sejjaħlu bħala “fost l-iżjed difiżi b’saħħithom taż-żwieġ minn uffiċjal ewlieni tal-Gvern fl-aħħar snin”. L-istess ġurnal Brittaniku qal li d-diskors ipoġġi lil Duncan Smith f’kuntrast dirett mal-pożizzjoni meħuda mill-predeċessuri tiegħu fil-gvernijiet immexxija minn Tony Blair u Gordon Brown, li kienu saħqu li ż-żwieġ ma kienx importanti u li l-Gvern ma kellux jindaħal fl-għażliet tan-nies u kif dawn jorganizzaw ħajjithom.
AGĦFAS HAWN BIEX TKOMPLI TAQRA DAN L-EDITORJAL FUQ IS-SIT www.il-gensillum.com