Il-Caritas Malta qed toffri servizz ta’ bookmarks ta’ tifkira biex persuni li jkunu qed jagħmlu pass importanti f’ħajjithom, jew kumpaniji li jkunu qed ifakkru ġrajja sinifikanti, jkunu jistgħu jgħinu persuni fid-diffikultà. Il-Caritas tipproduċi l-bookmarks għall-okkażjoni, u għalihom ssir donazzjoni biex issostni s-servizzi ta’ din l-organizzazzjoni għal persuni fil-bżonn. Koppji li jkunu ser jiżżewwġu jistgħu jordnaw il-bookmarks b’isimhom u d-data tat-tieġ, u jagħmlu donazzjoni fid-diskrezzjoni tagħhom. Solidarjetà bħal din tista’ tintwera f’okkażjonijiet speċjali oħra bħal għerusija, anniversarju, preċett, birthday, gradwazzjoni, re-unions u oħrajn. Anke kumpaniji, korporazzjonijiet u organizzazzjonijiet oħra jistgħu jużaw bookmarks bħal dawn meta jkunu qegħdin ifakkru xi avveniment jew ġrajja speċjali. Il-kitba fuq il-bookmark tkun maqbula mal-kumpanija/organizzazzjoni li tkun qed tagħmel id-donazzjoni. Il-fondi li jingabru minn din l-attività jgħinu lill-Caritas Malta tkompli tagħti servizzi ta’:
- Riabilitazzjoni mid-droga.
- Counselling u Ħidma Soċjali għal diffikultajiet personali, soċjali u emozzjonali.
- Gruppi ta’ sapport għal: Romol, Separati, Anzjani, Żgħażagħ, Familji ta’ persuni bil-Huntington’s Disease, Persuni maqbuda fil-logħob tal-ażżard, b’diffikultà ta’ saħħa mentali, bl-Epilessija
- Servizz għal persuni maqbuda fl-użura
- fir-riskju ta’ nfezzjonijiet trażmessi sesswalement
- Ħidma fil-parroċċi permeżż tal-Kummissjonijiet Djakonija li jidentifikaw u jgħinu persuni fil-bżonn
- Edukazzjoni preventiva fl-iskejjel primarji u sekondarji, u korsijiet għall-ġenituri dwar it-trobbija tal-ulied.
Għal aktar informazzjoni, ikkuntattja lit-Taqsima tal-Promozzjoni tal-Caritas Malta bit-telefon fuq 2590 6600 jew permezz tal-emejl fuq [email protected].