L-Isqof Mario Grech ilbieraħ kompla biż-żjara pastorali tiegħu fl-Awstralja bi żjara ta’ kortesija lill-Isqof ta’ Paramatta, Mons Anthony Fisher OP fil-Kurja. Din iż-żjara saret l-aktar għaliex f’din id-Djoċesi, li twaqqfet 25 sena ilu, hawn joqogħdu ħafna emigranti Maltin u Għawdxin.
Paramatta hi multi-etnika b’madwar 110 lingwa differenti! Anke ir-realtà reliġjuża hi varjata, għax barra li wieħed minn tlieta tal-popolazzjoni jgħidu li ma jħaddnu ebda twemmin, hemm reliġjonijiet oħra, bħalma huma l-Ħindu u l-Islam. Skont Mons fisher din ir-realtà “toffri sfida ta’ evanġelizzazzjoni lill-Knisja Kattolika, barra li l-Knisja f’Paramatta qed tħoss l-urġenza li tħabbar mill-ġdid l-Evanġelju lil dawk il-Kattolici li għalkemm huma mgħammda, ittraskuraw il-ħajja tas-sagramenti u qed jgħixu stil ta’ ħajja barranija għall-Vanġelju”.
Agħfas hawn biex tkompli taqra dan l-artiklu mis-sit www.il-gensillum.com