Waqt il-programm The Handbook fuq RTK103, l-attur Henry Zammit Cordina qal li hu jħoss li meta kien iżgħar il-ħajja kienet ħafna iktar kajmana filwaqt li llum kulħadd stressjat u kultant ma tista’ tkellem lil ħadd.

Il-mistednin ta’ The Handbook ta’ din il-ġimgħa huma Sr Rachel Camilleri u Henry Zammit Cordina. The Handbook jixxandar kuljum fuq RTK103 fil-05.30, fis-12:40, fis-19.20 u fid-21.30, kif ukoll fuq Facebook permezz tal-paġna The Handbook.

Silta mill-qari tal-lum
Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann – Ġw 2:13-23
Kien qorob l-Għid tal-Lhud, u Ġesù tela’ Ġerusalemm. Fit-tempju sab min qiegħed ibigħ barrin, nagħaġ u ħamiem, u min kien bilqiegħda jsarraf il-flus. Għamel sawt mill-ħbula, u keċċiehom ilkoll ’il barra mit-tempju, bin-nagħaġ u l-barrin tagħhom; xerred il-flus ta’ dawk li kienu jsarrfu, u qalbilhom l-imwejjed u lill-bejjiegħa tal-ħamiem qalilhom:
«Warrbu dawn minn hawn, u dar Missieri tagħmluhiex dar tan-negozju.”

Source: Newsbook.com.mt

Article written by George Cassar