-
Bad Neighbours
-
**
Direttur: Nicholas Stoller
Atturi: Seth Rogen, Zac Efron, Rose Byrne, Dave Franco, Christopher Mintz-Plasse, Jerrod Carmichael u Ike Barinholttz
Ħin tal-film: 97 min
Maħruġ minn KRS Film Distributors
KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA: 15
KLASSIFIKA TAL-KNISJA: 18
Mac Radner u martu Kelly, koppja żagħżugħa, b’tarbija, kif dejjem jiġri, bil-wasla ta’ xi wild, aljenathom mill-ħbieb tagħhom Jimmy Faldt u l-eks mara tiegħu Paula. Għamlu ħilithom ħafna drabi biex jippruvaw jerġgħu jghixu l-ħajja tal-passat iżda meta jkollok tfal żgħar, dan mhux dejjem hu possibli. Jum wieħed isibu li fraternita` żagħżugħa, bl-isem ta’ Delta Psi, magħrufa sew għall-istorbu li jikkawżaw fid-dar fejn ikunu joqgħodu, din id-darba jiddeċiedu li jġorru bħala ġirien ta’ Mac u Kelly. Problema ġdida għal din il-koppja żagħżugħa u għalhekk Mac u Kelly ikellmu bis-sewwa lil grupp ta’ żgħażagħ biex iżżommu l-istorbju kemm jista’ jkun baxx minħabba t-tifla żgħira li kienu qegħdin irabbu. Il-kapijiet tal-fraternita’, Teddy Sanders u Pete Rergazolli jaqblu mal-proposta, fuq kundizzjoni li Mac u Kelly, jekk ma jkunux kuntenti, jgħidu lilhom u mhux imorru dirett għand il-pulizija. Teddy u Pete kienu jaspiraw li jidħlu fid-Delta Psi’s Hall of Fame billi jiftħu darhom għal riċeviment kbir fi tmiem is-sena. Teddy jistieden lil Mac u Kelly għal parti. Kollox imur sew: Kelly isir ħabiba mal-maħbuba ta’ Teddy, Brooke Sally, waqt li Teddy juri lil Mac x’għandu maħżun fil-kamra tas-sodda, fosthom numru ta’ murtali kif ukoll sistema ta’ ħsejjjes li jtarrxu l-widnejn. Teddy, anke jirrivela li d-dar fejn kienu joqgħodu qabel, spiċċat maħruqa. Il-lejl ta’ wara, Mac u Kelly jitolbu lil Teddy biex iżżommu l-istorbju kontrollat iżda did-darba, Teddy ma jkunx irid jaf. Kelly tipperswadi lil Mac biex jagħmel telefonata anonima lill-pulizija, iżda l-uffiċjal tal-puliżija Watkins jikxef min kienu dawk li ċemplu. Minn hawn tibda battalja bejn il-familja ta’ Mac u dik tal-fraternita`. X’jiġri minn hawn?Film kummiedja li jlaqqgħana ma’ koppja żagħżugħa, b’tarbija u grupp ta’ żgħażagħ storbjużi u bla ebda konsiderazzjoni għal ġirien. Minħabba mġieba xejn korretta speċjalmemt waqt ir-riċevimenti li kienu jżommu fid-dar tagħhom, kliem baxx, xorb alkohiliku bla rażan u abbuż tad- droga, ikun tajjeb li l-film jarawh il-kbar biss.