Waqt il-programm The Handbook fuq RTK103, Fr Chris Ellul semma kif meta jisma’ b’mewt ta’ xi ħadd li kien jaf jew waqt li jmexxi xi funeral, ta’ spiss tixgħellu bozza fejn jistaqsi jekk hux tassew qed jgħix jew jeżisti.
Il-mistednin ta’ The Handbook ta’ din il-ġimgħa huma Fr Chris Ellul u Mariella Porter. The Handbook jixxandar kuljum fuq RTK103 fil-05.30, fis-12:40, fis-19.20 u fid-21.30, kif ukoll fuq Facebook permezz tal-paġna The Handbook.
Silta mill-qari tal-lum
Qari mill-Evanġelju skont San Luqa – Lq 12, 39-48
Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Kunu afu dan, li kieku sid id-dar kellu jkun jaf xħin ikun ġej il-ħalliel ma kienx se jħalli min jinfidlu l-ħajt ta’ daru. Mela kunu lesti intom ukoll, għax qatt ma tistgħu tobsru s-siegħa li fiha jiġi Bin il-bniedem”.
Source: Newsbook.com.mt
Article written by George Cassar




