Waqt il-programm The Handbook fuq RTK103, Sr Natalie Abela, li hija Soru tal-Karità, qalet li sakemm nibqgħu nġorru l-weġgħat tal-passat, ma nistgħix ngħixu l-ħajja fl-aqwa tagħha.

Il-mistednin ta’ The Handbook ta’ din il-ġimgħa huma Sr Natalie Abela u Andrew Borg. The Handbook jixxandar kuljum fuq RTK103 fil-05.30, fis-12:40, fis-19.20 u fid-21.30, kif ukoll fuq Facebook permezz tal-paġna The Handbook.

Silta mill-qari tal-lum
Qari mill-Evanġelju skont San Luqa – Lq 8, 19-21
Ġew għal Ġesù ommu u ħutu, iżda ma setgħux jersqu lejh minħabba l-folla. Xi ħadd qallu: “Ommok u ħutek qegħdin hawn barra u jridu jarawk”. Iżda hu weġibhom: “Ommi u ħuti huma dawk li jisimgħu l-kelma ta’ Alla u jagħmlu li jgħid Hu”.

Source: Newsbook.com.mt

Article written by George Cassar