Il-Korp tal-għalliema tal-patrijiet Dumnikani qed iniedi serje ta’ konferenzi indirizzati għaż-żgħażagħ bit-tema: ‘Is-Sagramenti huma Antikwati? Kif nistgħu nagħtu xejra żagħżugħa lis-Sagramenti?’
Ħames laqghat konsekuttivi fuq din it-tema jitqassmu hekk:
1. Il-Magħmudija u l-Konfermazzjoni
2. L-Ewkaristija
3. Il-Qrar u l-Griżma tal-Morda
4. L-Ordni Sagri
5. Iż-Żwieġ
Il-patrijiet Dumnikani qed joffru li jagħmlu dawn il-konferenzi fil-lokalitajiet bejn Jannar u Frar 2010, qabel jibda r-Randan. Min hu nteressat għandu jikkuntatja lil Fr. Charles Tabone O.P, Kunvent tad-Dumnikani, Sliema
Tel: 21318028, 21331096, 21241281
Email: [email protected]
jew: [email protected]