L‑Arċisqof Charles J. Scicluna dalgħodu ħalla Malta għal żjara f’Londra, l‑Ingilterra, li matulha ser jippresiedi ċelebrazzjoni liturġika fil‑festa tal‑Madonna tal‑Vitorja fl‑okkażjoni ta’ Malta Day – UK, u jżur pazjenti Maltin rikoverati f’Londra.
Għada, is‑Sibt 3 ta’ Settembru, Monsinjur Arċisqof ser jiċċelebra Quddiesa f’Westminster Cathedral, bħala parti mill‑attivitajiet organizzati mill‑Kummissjoni Għolja ta’ Malta f’Londra b’kollaborazzjoni mal‑Għaqdiet tal‑Maltin fir‑Renju Unit. L‑Arċisqof ser jiltaqa’ wkoll mal‑Maltin residenti l‑Ingilterra, li ta’ kull sena jiċċelebraw il‑festa tal‑Madonna tal‑Vitorja.
Il‑Ħadd u t‑Tnejn, 4 u 5 ta’ Settembru, Monsinjur Arċisqof ser iżur il‑pazjenti Maltin fl‑appartamenti ta’ Puttinu Cares, u dawk rikoverati f’Sutton Hospital u King’s College Hospital.
L‑Arċisqof jasal lura Malta nhar it‑Tlieta 6 ta’ Settembru 2016.