Il-komunita’ Maltija f’Toronto/Ontario Canada kienet herqana tistenna z-zjara pastorali ta’ Mons. Arcisqof Pawlu Cremona O.P. Din iz-zjara ghandha skop doppju, dik li l-Arcisqof jiltaqa’ mal-komunita’ Maltija u li jiccelebra mas-Socjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl il-mitt anniversarju tat-twaqqif taghha minn Mons. Guzeppi Depiro. L-M.S.S.P. illum huma responsabli mill-hidma pastorali mal-komunita’ Maltija f’Toronton wara li hadet din il-missjoni mill-Frangiskani Minuri li ghal snin shah taw mill-ahjar li setghu ghal din il-komunita’. Tajjeb li nghidu li l-komuniita’ Maltija bdiet tikber f’dan il-pajjiz sa mis-snin 1930 u kienu l-patrijiet Agostinjani li l-ewwel taw is-servizz taghhom ma’ din il-komunita’ Maltija.
L-ewwel impenn tal-Arcisqof kien il-Gimgha, 7 ta’ Mejju meta amministra s-sagrament tal-Grizma tal-Isqof lill-15 zghazagh. L-Arcisqof, fl-omelija, fakkar kemm hu importanti li n-nisrani jifhem il-grazzja tas-sagramenti biex jghix din l-istess grazzja u jkun xhud konvint tal-fidi fil-hajja ta’ kuljum. L-ghada, s-Sibt wara nofs in-nhar it-tfal taw merhba b’laqgha ta’ ferh madwar l-Arcisqof. Ipprezentaw mima fuq l-istorja tal-vangelu, ta’ ‘l-Iben il-hali’ u kantaw. L-Arcisqof kellem it-tfal fuq kemm hu sabih li nafu li ghandna Alla kollu mhabba li lest li jilqana dejjem u jahfrilna, u li din l-istess imhabba ahna nilhqu l-milja taghha meta ahna wkoll naghmlu hilitna biex nghixuha fir-relazzjoni taghna ma’ l-ohrajn. Hawnhekk l-Arcisqof fakkar lill-genituri fuq l-impenn taghhom li jaghlmu lill-uliedhom jghixu din l-imhabba t’Alla.
Is-Sibt filghaxija, bdiet iz-zjara lill-ghaqdiet u kazini tal-Maltin f’dawn l-inhawi. L-ewwel impenn kien fil-Melita Band Club li organizzat kuncert ‘ad hunur’ tal-Arcisqof. F’kelmtejn tal-okkazzjoni, l-Arcisqof fahhar dawn l-inzjattivi f’dawn il-kazini li permezz taghhom jibqghu jiggeddu t-tradizzjonijiet u t-talenti tal-Maltin. Hekk ukoll bil-hidma bil-ghaqal taghhom, qal l-Arcisqof, dawn l-attivitajiet ikunu qeghdin jghinu u jikkontribwixxu ghal kultura ta’ madwar.
Il-Hadd, 9 ta’ Mejju, z-zjara tal-Arcisqof lahqet il-quccata taghha bil-Quddiesa fil-knisja ta’ San Pawl, mal-komunita’ tal-M.S.S.P. Hawnhekk tfakkar l-100 anniversarju mit-twaqqif tas-Socjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl. Kienet celebrazzjoni organizzata tajjeb hafna u bil-partcipazzjoni ta’ hafna Maltin li mlew bi hgarhom din il-knisja. Wara nofs in-nhar komplejna biz-zjara fil-kazini u l-ghaqdiet tal-Maltin f’dawn l-inhawi. Kull fejn zghar Mons. Arcisqof gie milquh hafna u hu minn naha tieghu ghamilhom kuragg biex ikomplu bil-hidma taghhom u jibghqu jaghtu sehemhom fil-bini tas-socjeta’ madwarhom, bla ma jitilfu l-karatteristici taghhom.
Fr Alfred Vella