Il-Ħamis, 5 ta’ Novembru 2009, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP żar il-kulleġġ Maria Reġina, Primarja San Pawl il-Baħar. F’din l-iskola jattendu 770 student, fosthom tfal minn 23 pajjiz differenti. Il-ġurnata bdiet bil-laqgħa tal-Arċisqof mat-tfal tal-iskola, li kantaw l-innijiet tal-kulleġġ u tal-iskola, u innu ieħor li nkiteb apposta għall-okkazjoni ‘Merħba Pawlu’. Matul iż-żjara l-Arċisqof ingħata madwar 40 hamper tal-ikel li nġabru mill-istudenti biex jingħataw lill-familji u lit-tfal fil-bżonn, u għotja mill-Kunsill Skolastiku. Fi tmiem iċ-ċerimonja l-Arċisqof qasam cake kbir tal-okkażjoni. Wara, huwa żar il-klassijiet kollha fejn tkellem mat-tfal u l-għalliema u anke kanta magħhom. Matul iż-żjara, l-Arċisqof ltaqa’ wkoll mal-ġenituri tat-tfal.
Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinkisbu mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]
Jekk kont preżenti għal din l-attivita’, ħalli l-kummenti tiegħek.