Ritratt: Ian Noel Pace – L-Arċidjoċesi ta’ Malta

Iktar kmieni llum l-Arċisqof Charles Scicluna rċieva żjara ta’ kortesija mir-Rettur Maġġur tas-Salesjani ta’ Don Bosco, Fr Fabio Attard SDB, fil-Palazz tal-Arċisqof, fl-Imdina. Hu kien akkumpanjat minn Fr Eric Cachia SDB, il-Provinċjal tas-Salesjani f’Malta; Fr Roman Jachimowicz SDB, il-Kunsillier Reġjonali għall-Ewropa Ċentrali u tat-Tramuntana; u Fr Thathireddy Vijayabhaskar SDB, is-Segretarju Personali tiegħu.

Fr Attard nħatar rettur maġġur f’Marzu li għadda bħala l-11-il suċċessur ta’ Don Bosco. Bħalissa jinsab f’Malta fuq l-ewwel żjara uffiċjali tiegħu. Iktar tard illum se jiltaqa’ uffiċjalment mal-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono. Wara jagħmel żjara qasira lid-Dar tal-Kleru f’Birkirkara u mbagħad jiċċelebra quddiesa fis-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja f’Ħaż-Żabbar fis-6:30pm.

Ara l-programm kollu minn hawn.

Aktar ritratti