• Archbishop meets Maltese missionaries

  • Nhar l-Erbgħa, 10 ta’ Lulju 2013, ġewwa Dar l-Emigrant, Mons. Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ltaqa’ mal-missjunarji Maltin. Din is-sena l-Arċisqof iltaqa’ ma’ 20 missjunarju li qegħdin Malta għas-sajf. Il-missjunarji preżenti għall-laqgħa ġejjin minn diversi pajjiżi fosthom; mill-Polonja, l-Albanija, il-Pakistan, il-Kamerun, il-Brażil, is-Sudan, il-Faroe Islands, l-Isvezja, il-Messiku, il-Kenja, l-Etjopja, u l-Peru. Huma taw rendikont qasir lill-Arċisqof tal-ħidma sabiħa u varjata li jwettqu f’pajjiżi madwar id-dinja kollha. L-Arċisqof wera l-apprezzament tieghu ghall-ministeru li qed iwettqu ‘l boghod minn xtutna sew f’isem il-Knisja kif ukoll f’isem Malta. Il-laqgha mal-missjunarji tniedet ‘il fuq minn 35 sena ilu u baqghet issir ta’ kull sena bl-appoġġ tal-Isqfijiet Maltin.

    The photos of the Archbishop’s events may be purchased from PHOTOCITY, Valletta. Tel: 21236723. Email: [email protected]