-
Illum, il-Ġimgħa 15 ta’ Lulju 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna żar il-maratona ‘Oħloq Tbissima’ li ser tibqa’ sejra bla waqfien sal-Ħadd 17 ta’ Lulju f’nofsillejl. Din il-Maratona hija mtella’ miċ-ĊAM Productions international (CPi), li hija l-Production House fi ħdan is-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl (MSSP).L-iskop ta’ din il-Maratona hu li titqajjem kuxjenza missjunarja u permezz tad-donazzjonijiet li jiġu milqugħa, jintużaw fi proġetti favur il-missjonijiet diversi li l-MSSP għandha fdati f’idejha kemm f’Malta, kif ukoll fil-Peru, fil-Filippini u fil-Pakistan.Kull min jixtieq jagħti d-donazzjoni tiegħu jista’ jagħmel dan billi jċempel fuq:51602004 – għal donazzjoni ta’ €1051702007 – għal donazzjoni ta’ €1551802009 – għal donazzjoni ta’ €25.SMS fuq 50618099 għal donazzjoni ta’ €4.66.Min jixtieq jagħmel id-donazzjoni tiegħu online jista jżur is-sit www.ohloqtbissima.com
Messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
-
Dar San Ġużepp Santa Venera15 ta’ Lulju 2016Jiena nixtieq nawgura li din il-maratona ta’ solidarjetà, tkun suċċess bħalma kienet f’divesi snin u nirringrazzja minn issa, bil-quddiem lil kull min se jesprimi is-sapport tiegħu b’mod konkret, bid-donazzjonijiet tiegħu. Jiena u dieħel rajt diversi stands, fejn min iżur jista’ jixtri pjanta sabiħa jew inkella xi oġġett li jżommu b’tifkira. Tkun ħaġa sabiħa, anke li nżuru dan l-ambjent fejn hawn l-ispettaklu, mumenti li nkunu flimkien, taħt din it-tinda li tgħatti l-għomma tax-xemx, imma ma tfixkilniex miż-żiffa li għaddejja. Nirringrazzjakom ħafna, b’mod speċjali min qed isewgwina bil-mezzi tax-xandir, għall-ġenerożità tagħkom.✠ Charles J. Scicluna Arċisqof ta’ Malta
-
Ritratti: ĊAM Productions international (CPi)
-