-
Archbishop appeals to the Police Force to never lose faith in those who err
-
Nhar il-Ġimgħa 12 ta’ Lulju 2013, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. assista f’quddiesa ta’ radd ta’ ħajr lil Alla li fakkret il-199 sena mit-twaqqif tal-Korp tal-Pulizija, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann. Fil-messaġġ tiegħu l-Arċisqof qabbel il-ħidma tal-korp tal-pulizija ma’ għadd ta’ ġrajjiet fil-Vanġelu. Qabbel lill-adultera man-nies li żbaljaw u li jiltaqgħu magħhom il-pulizija fil-qadi ta’ dmirijiethom. Appella lill-pulizija biex qatt ma jitiflu t-tama f’dawk li jagħmlu l-ħażen.
L-Arċisqof qal li Ġesù dejjem ħenn għal dawk fit-tbatija u rrefera għal każ ta’ ftit ġimghat ilu meta pulizija taw l-għajnuna lil mara fl-aħħar mumenti qabel welldet lil binha. Huwa qal li każijiet bħal dawn, li juru l-ħafna tajjeb li jagħmlu l-pulizija, iridu joħorgu aktar fil-beraħ.
Fl-aħħar l-Arċisqof ħeġġeġ ukoll lill-pulizija biex il-ħidma tagħhom ma tfixkilx ir-relazzjoni mal-familja tagħhom.