-
-
***
Direttur: Reg Traviss
Atturi: Gregg Sulkin, Meghan Markle, Josh Myers, Christian Berkel, Richie Cambell, James Devlin, Andrew Shim, Sophie Colquhoun u Caroline Ford
Ħin tal-film: 116 min
Klassifika taċ-Ċensura: 15
Klassifika tal-Knisja: 15
Dee, żagħżugħ li għandu passjoni u talent għat-tpinġija tal-graffiti fuq il-ħitan, kien jagħmlu bħala protesta kontra l-Istat. Ħuh il-kbir, Marcus, hu l-mexxej ta’ gang ta’ ħallellin li kienu jduru madwar Londra jattakkaw u jisirqu ħwienet tal-gojjelli u arloġġi ta’ valur kbir. Dan kienu jagħmluh rekbin fuq muturi veloċi u li ftit kien hemm ċans li xi darba kienu sejrin jinqabdu. Iż-żewġ aħwa kienu kuntenti bil-ħajja anti-soċjali li kienu qegħdin igħixu. Dee iżda bil-mod il-mod, bis-saħħa ta’ tfajla mudella li kien beda jkellem beda jintebaħ li l-ħajja anti-soċjali ma kienitx sejra twasslu mkien ħlief inkwiet mall-pulizija. Minnaħa l-oħra, Marcus kien qiegħed jagħmel fortuna flimkien ma’ sħabu bin-numru ta’ ħwienet Ii rrnexxielhom jisirqu. Dan is-suċċess ġabu jagħmel patt ma’ sindikat ta’ kriminali li permezz ta’ dan il-fteħim kellu ċ-ċans li jkabbar it-territorju fejn seta’ jisraq. Iżda dan il-fatt ġabu wiċċ imbwiċċ ma’ gang ieħor li ma setgħux jaċċettaw li oħrajn jidħlu fl-għalqa tagħhom. Riżultat ta’ dan kien li bejn iż-żewġ gangs faqqat ġlieda bejniethom f’nofs Londra b’riżultat li ħalliet numru ta’ gangsters mejta. Sadanittant Marcus flimkien ma’ sħabu kellhom kollox ippjanat biex jagħmlu s-serqa tas-seklu billi jidħlu fil-Bond Street Diamond Vault. Marcus kien wieħed li spiċċa l-isptar nofsu mejjet. Il-pulizija wkoll bdiet tissuspetta fil-gang imexxxi minn Marcus. X’sejjer jagħmel il-gang mingħajr Marcus? Għalhekk idduru għal Dee biex igħinhom. X’sejjer jagħmel Dee? Tgħid jidħol magħhom fis-serqa biex b’hekk ikun qiegħed igħin lil-ħuh Marcus li kien jinsab imdaħħal f’basla meta d-droga li kien xtara bi flusu kollha ġiet misruqa mill-gang l-ieħor? Dee minnaħa tiegħu kien sab xortih meta wieħed Ġermaniż tefa’ għajnejh fuqu w offrilu li jieħdu l-Ġermanja biex ikompli jipperfezzjona l-arti tal-graffiti li kellu. X’jiġri minn hawn?Film Ingliż taħt id-direzzjoni ta’ Reg Traviss ta’ dixxendenza Maltija, ddaħħalna fil-ħajja ta’ żewġ aħwa li kienu jgħixu ħajja anti-soċjali: Dee jagħmel użu mit-talent li kellu li jpinġi graffiti fuq il-ħitan u ħuh, Marcus, mexxej ta’ gang ta’ ħallelin li kienu jisirqu b’mod vjolenti ħwienet li jbiegħu ġojjelli u arloġġi ta’ valur kbir. Minħabba vjolenza, ġlied u kliem goff, ikun tajjeb li l-film jarawh dawk li għalqu l-ħmistax -il sena.