• ***

    Direttur: Walt Becker
    Atturi: Jason Lee, Tony Hale, Kimberly Williams-Paisley u Josh Green
    Ilħna: Justin Long, Matthew Gray Gubler, Jesse McCartney, Christina Applegate, Anna Faris, Kaley Cuoco
    Ħin tal-Film: 92 min
     
    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd
     
    Klassifika taċ-Ċensura: U                     
    Klassifika tal-Knisja: PG
     
    Alvin, Simon u Theodore flimkien ma’ The Chipettes: Brittany, Jeanette u Eleanor, qegħdin jħejju parti  sorpriża għal Dave Savelle f’għeluq sninu. Dan il-part ikun qiegħed ukoll iservi biex isallmu lil The Chipettes hekk kif dawn jinsabu fi triqthom biex jagħmluha ta’ aġġudikanti fil-konkors American Idol. Alvin jistieden ħafna nies għal dan il-festin, għalkemm Simon deher mhux tant kuntent. Dave minnaħa tiegħu jiġi lura d-dar skuntent. Għalkemm kien jinsab bil-buri, jaċċetta li jeħodhom miegħu biex jiltaqgħu ma’ Samantha, tabiba li beda jkellem f’dawn l-aħħar xhur. Waqt li c-Chipmunks jħobbu u jirrispettaw lil Samantha,  it-tifel tagħha, Miles jagħmila ta’ bulli u jabbuża ħafna fiżikament  minn dawn it-tlieta. Ftit wara li gie Dave, c-Chipmunks isibu ċurkett fil-barsakka li ġab Dave u jobsru li Dave kien sejjer jipproponi mħabbtu lejn Samantha. Jippruvaw għalhekk jisirqu ċ-ċurkett iżda ma jirnexxielhomx. Dave minnaħa tiegħu jipproduċi diska għal artista pop Ashley Grey  ġewwa Miami u ġġieb miegħu lil Samantha. Ic-Chipmunks u Miles kienu ditterminati li jħassru l-festi u jmorru bl-ajru lejn Miami waqt li jlibbsu bħalhom tliet skojattli biex jingannaw lil Ms Price li kienet suppost qegħda tieħu ħsiebhom id-dar. Fuq l-ajruplan, Theodore jagħmel waħda minn tiegħu meta jiftaħ il-gaġġeg tal-annimali u joħloq paniku sħih tant li t-tlieta li huma jirrabjaw ħafna lill-Marixal tal-Ajru, James Suggs  li wara kollox xejn ma kien iġibhom liċ-Chipmunks. X’ jiġri minn hawn? Iċ-Chipmunks jispiċċaw fuq il-lista ta’ dawk li ma jistgħux jitilgħu fuq ajruplan għal dak li kienu ghamlu. Dan kien ifisser li kien sejjer ikun ta’ nkonvenjent kbir għal Dave.
    Film kummiedja bi 3D, Amerikan, tajjeb  għall-familja kollha.  taħt id-direzzjoni ta’ Walt Becker u kitba ta’ Randi Mayem Singer u Adam Sztykiel. Dan huwa r-raba’ film fis-sensiela:  Alvin and the Chipmunks. Film pożittiv ħafna fejn jidħol il-kunċett ta’ famikja. Film li għandu jogħġob kemm lit-tfal kif ukoll lill-kbar. Xi  ftit xeni ma humiex adattabbli  għal tfal żgħar u għalhekk tajjeb li tfal żgħar ikunu akkompanjati minn xi adult.