Il-Ministeru tal-Edukazzjoni qal li lbieraħ kważi 3,000 tifel u tifla mill-iskejjel primarji tal-Gvern qagħdu għall-aħħar eżami għad-dħul fil-Junior Lyceum. Dan kif wara r-riforma fl-edukazzjoni li tħabbret is-sena l-oħra, dan l-eżami isse se jinbidel f’eżami nazzjonali għal dik li qed tissejjaħ bħala tranżizzjoni mingħajr skossi bejn l-iskola primarja u dik sekondarja.
F’dan l-eżami nazzjonali, it-tfal se jkunu ttestjati fil-Malti, l-Ingliż u l-Matematika. Il-lingwi se jkunu jinkludu test orali….
AGĦFAS HAWN BIEX TKOMPLI TAQRA DAN L-ARTIKLU FUQ IS-SIT www.il-gensillum.com