-
Il-Ġimgħa 12 ta’ Diċembru 2014, il-ħaddiema tal-Kurja, tat-Tribunal Ekkleżjastiku u tal-Caritas kellhom l-irtir li jsir għal żmien l-Avvent, f’St Joseph Retreat House, ir-Rabat. Ir-riflessjonijiet tal-irtir tmexxew minn Fr Raymond Pace SJ, fil-preżenza tal-Amministratur Appostoliku l-Isqof Charles J. Scicluna, u L-isqfijiet Emeriti Pawlu Cremona O.P., u l-Isqof Ġużeppi Mercieca. Fl-irtir l-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona iċċelebra quddiesa u tenna r-ringrazzjament tiegħu lejn il-ħaddiema kollha li ħadmu miegħu kemm dam Arċisqof tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
-
-
Ritratti: Liam Farrugia, Uffiċċju Komunikazzjoni